Lhud Fariżej u Nsara Tajbin f’Malta tas-Snin Tletin

L-istudju tiegħi “Lhud Fariżej u Nsara Tajbin f’Malta tas-Snin Tletin,” li jħares lejn ir-rappreżentazzjoni tal-Lhud fil-letteratura Maltija, għadu kemm ġie ppubblikat fil-ktieb Ta’ Barra minn Hawn. Ir-Razza u r-Radika fil-Letteratura Maltija, editjat minn Marco Galea. Din hija pubblikazzjoni tal-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin bħala ħarġa speċjali ta’ Il-Malti, 83 (2011)

Ta-Barra-Minn-HawnDin il-ġabra ta’ kitbiet taf il-bidu tagħha lil seminar li organizzat l-Akkademja tal-Malti dwar ir-rabta bejn ir-razza u l-kultura. Il-kontribuzzjonijiet f’dan il-volum inkitbu minn akkademiċi minn oqsma differenti ta’ studju, bħal-letteratura, l-arti, il-filosofija, l-istorja, is-soċjoloġija u l-etika. Ilkoll huma tentattiv biex tinftiehem din l-identita` f’relazzjoni mal-ieħor, il-barrani, kemm jekk ikun għadu, immigrant jew inkella turist. L-eżempji huma meħuda l-aktar mil-letteratura, imma hawn ukoll eżempji minn oqsma oħra tal-kultura. Id-diskors dwar xogħlijiet kanoniċi bħal Il-Ġifen Tork ta’ Ġananton Vassallo, Taħt Tliet Saltniet ta’ Ġuże` Aquilina u l-ġurnaliżmu ta’ Manwel Dimech bl-ebda mod m’għandu jiftiehem bħala sforz biex dawn il-kittieba jitneħħew minn fuq il-pedestall tagħhom iżda biex jintwerew bħala bennejja tal-mudelli tal-ħsieb dwar l-identita` tal-Maltin li kienu fundamentali tul l-aħħar mitt sena. L-għan aħħari hu li dan il-volum jinforma l-mod kif naħsbuha dwarna nfusna u dwar “l-oħrajn”, żewġ kategoriji li għandhom mnejn huma aktar fuwidi milli rridu nammettu.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s