Pannella bħala parti minn wirja dwar Rainer Maria Rilke fl-ajruport ta’ Trieste bejn id-29 ta’ Novembru 2024 u s-6 ta’ Jannar 2025.
Traduzzjoni tal-poeżija “Jekk Ħarist” mill-Malti għat-Taljan ta’ Virginia Monteforte.
JEKK ĦARIST
Ma niftakarx kif ħrabt minn Russell Square.
Kif inżilt it-taraġ tat-tube,
minn fejn xtrajt il-biljett,
kif ħarist, jekk ħarist,
lejn l-uċuħ,
kif dakinhar ma ntliftx.
Niftakar dinja stramba xi mkien ħdejja
u jien għadni nistennieha.Nisma’ għajnejk imdemmgħa fuq it-telefon
u leħnek f’qalbi mxaqqgħa.
Adrian Grima
16.3.08, Tavistock Hotel, Tavistock Square, Londra
