Arja | Iż-Żmien Kurjuż taż-Żgħożija

Nhar il-Ħamis, 7 ta’ Marzu 2024, fil-bini tal-Aġenzija Żgħażagħ, Santa Venera, saret it-tnedija tal-ktieb ta’ novelli, Iż-Żmien Kurjuż taż-Żgħożija, bħala parti mill-proġett  A.S.K(ing) You(th). F’dan il-proġett immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ ħadu sehem awturi żgħażagħ, awturi stabbiliti u operaturi kulturali minn Malta is-Slovenja u l-Italja.

Il-kopertina ta’ Iż-Żmien Kurjuż taż-Żgħożija

Il-kittieba minn Malta li ħadu sehem huma Clare Azzopardi, Glen Calleja, Leanne Ellul, Adrian Grima, Klara Vassallo, Nathan Anthony Pace, Kirsty Azzopardi, Maxine Tanti, Ġorġ Mallia, u Matteo Pullicino. Il-fil komuni bejn in-novelli huwa l-esperjenza taż-żgħażagħ.

Leanne Ellul taqra silta minn “Arja” (Ħajr lil Nathalie tal-filmat)

In-novella tiegħi “Arja,” li parti minnha nqrat matul it-tnedija minn Leanne Ellul peress li jien ma stajtx nattendi, tirrakkonta l-istorja ta’ tfajla li hi attivista favur il-ġustizzja ambjentali, u ommha, li hi wkoll kienet attivista meta kienet iżgħar.

Minbarra l-konverżazzjonijiet li kellna fi ħdan il-proġett mal-parteċipanti Maltin u minn pajjiżi oħrajn, għall-kitba ta’ din l-istorja tkellimt ma’ Christine Cassar, membru tal-Moviment Graffitti. Madankollu, dak kollu li nirrakkonta fl-istorja huwa frott l-immaġinazzjoni tiegħi (u Chistine ma taħti xejn).

Ħajr lil Miriam Teuma, Jason Zammit, Maria C. Borg, u dawk kollha li mexxew il-proġett ASKing YOUTH.

Ħajr ukoll lil Glen Calleja, editur tal-ktieb, tax-xogħol u l-pariri tiegħu; lil Clare Azzopardi li ħadet ħsieb il-parti kreattiva tal-proġett min-naħa ta’ Malta; u lil HELA, Irene Mangion, Naomi Farrugia, u Keith Attard tal-kontribut tagħhom f’din il-pubblikazzjoni.

Ritratti meħudin minn Leanne Ellul u Nathalie Grima


Leave a comment