Fil-lejla tal-għoti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 għall-kotba li ħarġu fl-2021, is-sezzjoni tan-novelli bil-Malti u bl-Ingliż intrebħet minn Ġorġ Mallia għall-editjar tal-ġabra tal-Klabb Kotba Maltin, Il-Ħamsin (2021). Il-ktieb fih 24 novella, fosthom waħda tiegħi bl-isem ta’ “Daħna” dwar mara fit-taqsima tat-terapija intensiva tal-isptar li tkun marida sew bil-COVID.
Meta ħabbar din ir-rebħa fuq Facebook, Ġorġ Mallia kiteb hekk:
“U l-lejla ġrat dil-biċċa! Irbaħt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fis-sezzjoni tan-novelli għall-editjar tiegħi ta’ ‘IL-ĦAMSIN’. Imma mhux jien biss irbaħtu. Rebħu Joseph Mizzi li appoġġja l-ktieb mill-bidu u ppubblikah, il-Klabb Kotba Maltin li l-ktieb onora, u rebħuh it-23 kittieba l-oħra sħabi, li mlewh bil-meravilji ta’ kitbiethom. Grazzi lkoll tal-unur.”
