Webinar dwar Ir-Rumanz tal-Fieres Safran ta’ Alfred Sant

It-tnedija ta’ Ir Rumanz tal-Fieres Safran ta’ Alfred Sant (Quinque 2022) nhar l-Erbgħa 27 ta’ April 2022. Bis-sehem ta’ Albert Marshall, David Aloisio, Adrian Grima, u Alfred Sant. Taqra Jane Marshall. Tmexxi Rachelle Deguara. F’dan il-filmat it-tnedija tibda wara 3:55. L-intervent ta’ Adrian Grima jibda wara 37:30.

It-tikketta — Quinque — qed torganizza webinar fuq Zoom dwar ir-rumanz il-ġdid ta’ Alfred Sant Ir-Rumanz tal-Fieres Safran li se jsir nhar l-Erbgħa 27 ta’ April 2022 fis-7.00 pm. L-intervent tiegħi se jkun dwar “L-Għajnejn Ileqqu bil-Lostru tal-Ġenn.”

Alfred Sant waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2017
Ritratt ta’ Virginia Monteforte għal Inizjamed

Ir-rumanz jiddeskrivi l-avventuri tal-kavallier Markald, membru tal-Mejda t-Tonda tar-re ta’ Kamelott Artur, fl-ispedizzjoni tiegħu lejn is-sud biex jakkwista l-Plattin Sagru. Matulha jasal fil-gżejjer ta’ Gaulos u Melite.

Se tmexxi d-diskussjoni u tieħu sehem fiha Rachelle Deguara. Magħha se jkun hemm Albert Marshall, Dr David Aloisio u l-Professur Adrian Grima.

L-attriċi magħrufa Jane Marshall se taqra tliet siltiet minn  mumenti ewlenin fir-rumanz.

Il-webinar se jkun miftuħ għal kull min jixtieq jattendi. Il-ħolqa zoom hi: https://us06web.zoom.us/j/75886309705

Disinn tal-qoxra ta’ Pierre Portelli

Matul il-webinar, dawk li jattendu jkunu jistgħu jgħidu tagħħhom. Kulħadd mistieden.

Id-disinn tal-qoxra tal-ktieb Ir-Rumanz tal-Fieres Safran huwa xogħol l-artist magħruf Pierre Portelli.


Jane Marshall
Adrian Grima

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s