Abdulrazak Gurnah u l-Premju Nobel għal-Letteratura 2021

Ta’ tmintax-il sena emigra lejn l-Ingilterra minn Zanzibar fi żmien ta’ ġlied u taqlib u fl-2021, wara karriera bħala professur tal-istudji postkolonjali u rumanzier, ingħata l-Premju Nobel għal-Letteratura. Fl-2014 bosta Maltin kellhom l-unur jisimgħu kliem ta’ Abdulrazak Gurnah minn fommu stess f’pajjiżna waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed u f’avvenimenti oħrajn. F’din ir-rokna ta’ Maltarti, programm tal-Kunsill Malti għall-Arti li jixxandar fuq TVM, se nisimgħu aktar dwar Gurnah u l-konnessjoni ma’ pajjiżna permezz ta’ Dr Norbert Bugeja u l-Prof. Adrian Grima.

Maltarti | 24 ta’ Novembru 2021

Għamilt ukoll intervent fuq Campus FM fuq is-sehem ta’ Abdulrazak Gurnah fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta waqt programm ippreżentat minn Colin Fitz.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s