Riċensjoni ta’ Kòshari f’Il manifesto

Ir-riċensjoni sħiħa tinsab hawn taħt

Fil-ħarġa tal-24 ta’ Lulju 2021 tal-gazzetta nazzjonali Taljana Il manifesto dehret riċensjoni, “Quella difficile eredità paterna con cui affrontare la realtà attuale,” miktuba minn Lorenzo Casini, tal-ktieb Kòshari .Racconti arabi e maltesi, ġabra ta’ Aldo Nicosia ta’ novelli bl-Għarbi u bil-Malti maqlubin għat-Taljan li lkoll jitkellmu dwar “l-eredità paterna diffiċli li trid tħabbat wiċċha magħha r-realtà tal-lum.” Il-fil komuni sinifikattiv bejn in-novelli huwa r-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet fi ħdan il-familji tal-protagonisti, u ż-żewġ taqsimiet tal-antoloġija jisimhom “Ġenituri u Wlied” u “Nanniet u neputijiet.”

Casini ifaħħar l-għażla kuraġġuża tal-editur li jlaqqa’ flimkien fl-istess ktieb xogħlijet Għarab u Maltin. Fil-fehma tiegħu, m’hemmx biss il-qrubija kbira bejn l-Għarbi u l-Malti fuq livell lingwistiku imma anki t-tlaqqigħ ta’ rakkonti li flimkien joffru kwadru mlewwen u bnin li għandu jqanqal ħafna interess fid-dimensjoni letterarja:

“Come l’omonimo piatto egiziano, l’antologia Kòshari. Racconti arabi e maltesi curata da Aldo Nicosia (Progedit, pp. 172, euro 15) potrà forse far storcere il naso a qualche purista per l’inconsueto accostamento tra le letterature araba e maltese, ma è bene ricordare che si tratta di parenti stretti almeno a livello linguistico. Nella loro varietà e diversità, questi racconti compongono un quadro gustoso e di notevole interesse letterario.”

DI PADRI AUTORITARI trattano anche «La testa a mollo» di Clare Azzopardi e «Stazione di polizia» di Adrian Grima, due racconti maltesi particolarmente belli e incisivi. Entrambi sono incentrati sul tema della violenza di genere in famiglia raccontata attraverso la prospettiva dei figli.

lorenzo casini, Il manifesto

Ir-riċensur jiddeskrivi n-novelli “Rasi ġol-Ilma” ta’ Clare Azzopardi u “Għassa” tiegħi bħala “partikolarment sbieħ u jaqtgħu fil-laħam il-ħaj.” It-tnejn li huma, jgħid Casini, “jiffukaw fuq it-tema tal-vjolenza tal-ġeneru fil-familja rrakkontata mill-perspettiva tal-ulied.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s