Michael Azzopardi | Pistola

Xi ġmiel dan l-album b’erba’ kanzunetti ta’ Michael Azzopardi. Kemm għandu lirika delikata, poetika, mhux pretenzjuża, ħafna drabi intima.

Lil Michael kelli x-xorti nisimgħu għall-ewwel darba u bla ħsieb waqt kunċert ta’ Noah Fabri, Karmaġenn, li organizzaw Samwel u sħabu żmien ilu fil-ħanut tal-ħaxix u mhux biss ta’ Manuela Għajntuffieħa.

Il-kliem u l-vuċi ta’ Michael joqogħdu perfett mal-mużika ta’ Jimmy Bartolo u John Bartolo, u l-vuċi ta’ Cheryl Camilleri. Hemm ċerta maġija intelliġenti fil-proġett kollu. L-aħjar tisimgħu fis-skiet. Idealment ma tismax it-traffiku għaddej, jew musmar joftoq il-blat.

Itik li tisimgħu u terġa’ tisimgħu u tfittex il-kisriet li ma rnexxilekx tisma’ qabel għax kont medhi tisma’ affarijiet oħra.Grazzi ta’ dan ix-xogħol li jmiss il-qalb mingħajr ma jċedi għal emozzjonijiet irħas.

https://michaelazzopardi.bandcamp.com/album/pistola?fbclid=IwAR3a6J9k8SttuFzZzLrbon8myN8W99tqd5qnVQdO_KIVfOsIVUcyhGaq-gw


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s