Ir-Ritmu tal-Idejn

Id-diskors ta’ Amanda Gorman fil-forma ta’ poeżija, jew poeżija fil-forma ta’ diskors fl-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden bħala president tal-Istati Uniti tal-Amerka huwa lezzjoni tar-retorika klassika: l-użu kważi ossessiv tal-alliterazzjoni, tat-tripletta retorika, tal-anafora, tal-kjażmu jew il-paralleliżmu b’lura, ta’ vuċi li ssejħilna biex nilqgħu lil xulxin u naħdmu flimkien. (Ritratt meħud minn hawn.)

https://www.bbc.com/news/av/world-us-canada-55739805

Hemm ukoll il-metafori konċettwali konvenzjonali li jieħdu l-ħajja permezz ta’ elaborazzjoni ġdida, bħall-metafora tal-għolja jew it-telgħa li rridu nitilgħu jew il-metafora l-antika tad-dawl li Amanda Gorman tagħlaq il-poeżija tagħha biha. Naħseb li jagħmel sens li poeżija li trid tilħaq lil ħafna nies tinqeda b’metafori li jingħarfu minnufih, speċjalment jekk jingħataw bixra li timliehom b’forza ġdida.

Imma forsi l-iktar ħaġa li laqtitni hija r-ritmu, il-mewġiet kuntrastanti u kumplimentari tiegħu, il-movimenti delikati u determinati tal-idejn li jidderieġu l-orkestra ta’ ħsejjes u xbihat, ta’ ħsus u inkwiet, ta’ kundanna u tamiet.

L-isplużjonijiet tad-diskors ta’ mibegħda jiġbdu l-attenzjoni minnufih imma huma nar tat-tiben li kapaċi jkebbes nirien oħrajn imma mhux kapaċi jibqa’ jħeġġeġ fit-tul.

Huwa d-diskors ta’ mħabba u tama li għandu dik il-ħila li jibqa’ jħeġġeġ fit-tul, li ma jaħraqx lilu nnifsu. Id-diskors li jgħaqqad u jiġbor flimkien, li jfittex li jifhem u jagħder, id-diskors li jagħtina fiduċja fina nfusna bħala bnedmin li kapaċi nsawru, li kapaċi nilqgħu lil ħaddieħor, li kapaċi ngħożżu l-ħolqien.

Il-kliem tal-poeżija ta’ Amanda Gorman jinsab hawn:

https://www.theguardian.com/us-news/2021/jan/20/amanda-gorman-poem-biden-inauguration-transcript


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s