“Dil-poeżija tirrifjuta l-loġika li l-kelma trid tqegħedha f’postha. Iċ-ċaqliq tagħha trasgressiv, irreverenti. Imma hawn reverenza ġdida hawnhekk, speċjalment lejn il-ġisem-ingombru li kapaċi jkun aktar elokwenti mill-kliem. Dan l-inventarju joħloq spazji ġodda, movimenti li ma bsarniex.”
Adrian Grima
Mingħand Merlin Publishers (19.8.20):
Ippubblikajna ktieb għal qalbna ħafna, għax huwa l-ewwel antoloġija ta’ poeżiji ta’ awtriċi, kollega u ħabiba għal qalbna ħafna: Leanne Ellul
L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA mil-lum issibuh fil-ħwienet tal-kotba kollha, jew tistgħu tixtruh direttament minn hawn u jaslilkom id-dar, pustaġġ b’xejn.
L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla hija l-ewwel kollezzjoni ta’ poeżiji ta’ Leanne Ellul, miġbura b’mod alfabetiku. L-oġġetti kollha f’din il-kamra l-kaħla, fittizja daqskemm reali, tnaqqew b’mod sistematiku. Din hija l-kamra li tiġbor fiha l-memorji u l-immaġinazzjonijiet. Din il-kamra kaħla inventarju. Tħares fejn tħares, hemm biċċiet qed jistennew li jiġu rrakkuntati.
Qoxra ta’ Pierre Portelli
Ara din l-intervista ta’ Teodor Reljic ma’ Leanne Ellul. Fiha tgħid, fost l-oħrajn, hekk:
It is always a question of how, rather than what. Sometimes, the most beautiful poems are those written with the simplest of words. It is a question of how you place each word after another. Or how you break the rhythms we are accustomed to.