Konferenza Ġużè Ellul Mercer fl-2011

Konferenza dwar Ġużè Ellul Mercer

Nhar it-Tlieta, 24 ta’ Mejju, fis-7:30pm, fit-tieni sular tal-librerija tal-Università ta’ Malta, se ssir konferenza dwar Ġużè Ellul Mercer (1897 – 1961), ġurnalist, politiku u prożatur, sabiex titfakkar il-50 sena minn mewtu.

Il-kelliema se jkunu l-Onor. Evarist Bartolo, Dr Adrian Grima, is-Sa Olivia Borg, u s-Sur Mark Vella.

It-taħdita ta’ Dr. Adrian Grima jisimha: “Inti bilqiegħda, qisek omm għaqlija. L-għeluq f’Leli ta’ Ħaż-Żgħir.”

Din l-attività hija organizzata minn grupp ta’ studenti tal-Malti bis-sehem tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università u l-Akkademja tal-Malti u hija miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa b’xejn.

Ikun hemm ukoll wirja ta’ xi kitbiet tal-awtur li jinsabu fil-Librerija.

L-organizzatur ta’ din il-konferenza huwa Keith Azzopardi.


Mill-paġna ta’ Facebook ta’ Olivia Borg (fir-ritratt, fin-nofs):

Lura għal Mejju tal-2011 meta fil-librerija tal-Università ttellgħet il-Konferenza Ġużè Ellul Mercer f’għeluq il-50 sena minn mewt l-awtur. Fir-ritratt jidhru wkoll Adrian Grima u Mark Vella li wkoll ippreżentaw riċerka dwar Ellul Mercer.

53478383_647652812337352_1546377862251020288_n
Mix-xellug: Adrian Grima, Olivia Borg, Mark Vella

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s