Nhar il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017 fis-6pm f’Ta’ Nenu, il-Belt Valletta, Valletta2018 flimkien ma’ Inizjamed u Ta’ Nenu se jniedu kollaborazzjoni ġdida marbuta mal-proġett Poetry in Potato Bags.
Poetry in Potato Bags huwa proġett li jagħmel użu miċ-ċiklu ta’ skambju ta’ żerriegħa u patata biex jinkitbu poeżiji ġodda marbuta mat-tema filwaqt li jiċċelebra t-titlu tal- Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Il-poeti tal-proġett huma magħrufa sewwa. Hemm, fost l-oħrajn, Simone Inguanez, Claudia Gauci, Rita Saliba, Achille Mizzi, Joe P. Galea, Walid Nabhan, u Adrian Grima. Kollha kitbu poeżija minn lati differenti dwar is-suġġett.
Għat-30 ta’ Novembru qed nistiednu lill-midja tingħaqad magħna biex inħabbru din il-kollaborazzjoni ġdida filwaqt li nagħtu dettalji dwar il-proġett marbut ma’ Poetry in Potato Bags għall-ftuħ tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fix-xahar ta’ wara, Jannar 2018.
Għal din l-attività se jkunu mistiedna l-poeti tal-proġett u wara jitqassmu xi pizez bil-patata.
Għal iktar dettalji kkuntattjawna fuq: inizjamedprojects@gmail.com.