Proġett dwar It-Tradizzjoni Orali

13254536_1193503844015522_4814177939814296828_n
Nhar lErbgħa 25 ta’ Mejju fl-4.30pm, il-Prof. Mourad Yelles mill-università INALCO ta’ Pariġi, għamel taħdita bl-Ingliż dwar it-tradizzjoni orali, bl-isem “Some main issues on oral tradition. Women’s urban quatrains in North Africa.”
 
Din l-attività, li kienet miftuħa għal kulħadd, saret fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, u ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti bħala parti minn proġett dwar It-Tradizzjoni Orali. https://www.facebook.com/uom.tradizzjoniorali/. Il-proġett qed jitmexxa minn Adrian Grima (il-koordinatur), il-Prof. Manwel Mifsud u Dr Michael Spagnol.
13256286_1193503514015555_4229323128015398334_n
Il-Prof. Yelles speċjalizza fil-letteratura komparata u r-riċerka tiegħu tiffoka fuq l-influwenzi ta’ letteraturi differenti fuq xulxin, il-kitbiet u t-tradizzjonijiet orali tal-Magreb, u fuq iċ-ċinema, il-mużika, u l-immaġinarji postkolonjali. Il-Prof. Yelles studja fl-Universitajiet tal-Algier, Londra (SOAS) u s-Sorbonne (Paris 3).
Taħdita Pubblika - It-Tradizzjoni Orali - Poster-page-001
 
Hemm aktar tagħrif dwar din it-taħdita u r-ritratti meħudin minn Therese Borg fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. https://www.facebook.com/uom.malti/
13233122_1193504084015498_7350713650263501595_n

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s