Kummenti dwar Klin u Kapriċċi Oħra

Kumment ta’ Elizabeth Grech

elizabeth-grech
Elizabeth Grech

Adrian Grima huwa wieħed minn dawk il-poeti artisti li jafu jħaddmu l-lingwaġġ poetiku u jesperimentaw b’delikatezza imma b’id soda. Mhux biss inaqqax il-mumenti, ipinġi l-pajsaġġi, u jesprimi l-emozzjonijiet, imma fuq kollox isemma’ leħnu fuq għadd ta’ inġustizzji. Adrian jirreaġixxi għall-mistoqsijiet eżistenzjali l-kbar u għall-isfidi attwali, bħal dik tal-kummerċ ġust, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, it-tniġġis, il-migrazzjoni, u l-gwerer. Hu jistedinna, qabelxejn, biex nagħmlu vjaġġ permezz tas-sensi tax-xamm u l-ħars, permezz tas-sensi kollha, vjaġġ li fih l-imħabba għall-ħajja timxi pass pass mal-impotenza umana quddiem il-mewt.

Adrian est l’un de ces poètes artistes qui manient et expérimentent avec finesse mais fermeté. Non seulement son langage poétique grave des moments, peint des paysages, exprime des émotions mais il donne surtout une voix engagée aux injustices diverses. Il réagit aux questionnements existentiels et aux enjeux actuels tels que le commerce équitable, le changement climatique, l’énergie, la pollution, les migrations et les guerres. Adrian nous invite avant tout à un voyage olfactif, visuel, sensoriel ou l’amour de la vie côtoie l’impuissance humaine face à la mort.


Kumment ta’ Claire Zerafa

Claire Zerafa
Claire Zerafa

Il-poeżija ta’ Adrian Grima hija msejsa fuq il-qawwa tal-kelma. Juża ċertu kliem li fil-ħajja ta’ kuljum warrabnieh, mhux għax hu tqil imma forsi għax insejnieh. Adrian jagħtih il-ħajja u jirregala dimensjoni rikka lil kull immaġni li jippreżenta. Adrian jifhem id-dinja ta’ madwaru bil-kelma u lill-qarrejja joffrilhom perspettiva ġdida tal-emozzjonijiet b’saħħithom li toffri l-esperjenza umana. Toħroġ sensittività qawwija u fl-istess ħin tant ġentili b’lingwaġġ li jolqot is-sensi. Fi Klin u Kapriċċi Oħra l-qarrejja jistgħu jgħixu kull immaġni li joffri Grima permezz tal-kelma.


—–

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s