Ħareġ il-ktieb editjat minn Dr Immanuel Mifsud, bis-sehem ta’ Dr Mario Cassar, L-(Anti)Eroj. Min Huma? X’inhuma? Fejn Huma? (Malta: DIpt tal-Malti, Kulleġġ tal-Univ. u KKM, 2015). Fih hemm l-istudju tiegħi dwar “L-Ambigwità tal-Eroj: Leli f’Leli ta’ Ħaż-Żgħir u Filiċ f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka,” fil-ktieb L-(Anti)Eroj. Min Huma? X’inhuma? Fejn Huma?, ed. Immanuel Mifsud. Malta: DIpt tal-Malti, Kulleġġ tal-Univ. u KKM, 2015.
Dan il-ktieb fih it-taħditiet li kienu saru fil-konferenza bl-istess isem li pproblematizzat il-kunċett ta’ erojiżmu u antierojiżmu u li kienet organizzata MID-DIPARTIMENT TAL-MALTI – JUNIOR COLLEGE L-UNIVERSITA’ TA’ MALTA
Il-kunċett tal-erojiżmu u, iktar u iktar, l-antierojiżmu, sikwit joħloq problema mqar fid-definizzjoni tiegħu. X’inhu li jagħmel persuna jew persunaġġ eroj? Liema huma l-kwalitajiet tal-antieroj? Hemm tipi differenti ta’ eroj, u tipi differenti ta’ antieroj? L-idea tal-erojiżmu u l-antierojiżmu tinbidel skont iż-żmien jew l-epoka?
Il-ħsieb ta’ din il-konferenza huwa li jiġu pproblematizzati l-kunċetti tal-eroj u l-antieroj u li jiġu analizzati x-xbihat tagħhom f’oqsma u f’ġeneri artistiċi differenti.
https://adriangrima.wordpress.com/2012/11/29/erojizmu-gwerrier-konferenza-dwar-l-antieroj/