Darba Roderick Mallia kiteb din (30 ta’ April 2007). Għadni kemm qrajtha għall-ewwel darba! Sitt snin wara. Hija “risposta” għall-poeżija tiegħi bl-isem ta’ “L-Imħabba bħal Murtal” (It-Trumbettier, 1999). Sabiħa immens! Proset tassew Rod!
L-Imħabba Bħal Murtal
(wara Adrian)
kien hemm min darba qalli
li l-imħabba bħal murtal,
li meta jfaqqa’ fl-ajru,
taqa’ xita stilel żgħar.
u veru kos,
kultant hekk ngħid,
l-imħabba bħal murtal,
li jagħmel ħafna storbju
u jifgak bid-duħħan,
u wara l-frattarija
jispiċċa,
u tmur id-dar.
Roderick Mallia
http://rodmallia.blogspot.com/2007/04/l-imabba-bal-murtal.html