Nhar it-Tnejn, 26 ta’ Novembru 2012 kelli sessjoni mal-istudenti tal-ħames sena tas-sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat, li fiha ddiskutejt il-komponiment letterarju fl-eżami taċ-ĊES tal-Malti. Kont għamilt sessjoni simili mal-istudenti tal-ħames klassi fit-23 ta’ Frar 2012.
Din hija l-aħħar sena li fiha l-istudenti se jkollhom il-ktieb Qawsalla u se jwieġbu mistoqsijiet kważi purament tematiċi.
Għal din is-sessjoni, u għall-eżami tal-MATSEC, ħejjejt din il-preżentazzjoni. Fl-ewwel parti nikkwota mir-rapporti tal-eżaminaturi u fit-tieni parti nipproponi aspetti tat-temi magħżulin biex fuqhom jinbnew il-paragrafi tal-komponiment letterarju.
Ħajr lil Frances M. Zammit tax-xogħol li tagħmel mal-istudenti tal-Malti f’dan il-kulleġġ. U tal-istediniet.