Intervista ma’ Henry Holland

Henry Holland, imwieled il-Furjana fil-11 ta’ Ġunju, 1957, huwa wieħed mill-awturi l-iktar interessanti li għandna f’Malta llum. Il-ktieb tal-poeżiji tiegħu L-Artist tat-Trapiż (1996) jipproponi stil ġdid ta’ kitba, lingwaġġ poetiku ġdid, bħallikieku l-lingwa tal-bar daħlet fil-poeżija biex iġġeddidha u ġġedded lilha nfisha, l-aktar permezz ta’ metafori qawwijin li ma jintesewx malajr minn dawk li jaqrawhom jew jisimgħuhom.

henry_holland

narrasudqoxra_smallHolland iggradwa fl-Ingliż mill-Università ta’ Malta fl-1978 u ilu ma’ l-għoxrin sena jgħallem il-lingwa u l-letteratura Ingliża fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji minn meta ggradwa. L-ewwel poeżiji tiegħu dehru fl-antoloġija Nisġa ta’ l-1982. Il-poeżija tiegħu “Il-Ġnien” dehret għall-ewwel darba fil-ġabra Proġett Bla Millennju (1998). In-novella tiegħu “Il-Ġrieden” ġiet ippubblikata bit-Taljan fir-rivista Taljana Narrasud (Ruma, 2000) u bil-Malti fil-ġabra Kitbiet mill-Mediterran (2000).


 

Liema taħseb li huma l-kittieba jew artisti oħrajn li influwenzaw l-aktar il-kitba tiegħek?

Għadni ma ktibtx daqstant biex forsi wieħed jista’ jara xi influwenza ovvja jew determinanti fix-xogħol tiegħi. Naħseb iżda li f’L-Artist tat-Trapiż hemm bħal ton in ġenerali li huwa dak ta’ l-ironija. Din naħseb trawmet fija permezz tal-qari li għamilt meta kont nistudja il-letteratura Ingliża l-Università. Naħseb ukoll li l-qari li jkun wieħed għamel f’żgħożitu jibqa’ miegħu u għalhekk hemm xi traċċi tal-pessimiżmu ta’ Leopardi u Giovanni Verga li studjajt is-‘sixth form’. Wisq iktar pero’ hemm, għal darb’oħra, l-ironija li tinsab u li sibt fin-novelli ta’ Chekhov u James Joyce.

X’inhuma l-kwalitajiet li jolqtuk l-aktar f’Seamus Heaney u Philip Larkin?

F’Seamus Heaney il-preċiżjoni, it-tħaddim tal-metafora f’waqtha, is-senswalità, u l-effett aħħari ta’ kull poeżija tiegħu, effet li jkollok bħal tistagħġeb kif donnu bla ebda sforz laqat il-musmar fuq rasu. Ma nafx il għala jtini impressjoni wkoll li huwa raġel tajjeb, sensittiv u koerenti. P. Larkin jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum u fil-lingwaġġ ta’ kuljum jgħid dak li hu, mingħajr xinxilli, mingħajr kompromessi, anke jekk dak li hu, hu terribbli. Kuraġġuż immens, akkost li jiġi mibgħud.

Tippreferi tikteb il-poeżiji jew l-istejjer?

Ma naħsibx li hi  kwistjoni ta’ preferenza. Jekk l-ispunt, hu x’inhu, huwa poetiku, tinkiteb poeżija; jekk fl-idea hemm forma, anke minima, ta’ xi ‘plot’ jew in-neċessità ta’ żvolġiment narrattiv, toħroġ bil-mod il-mod, storja. Biss fl-istorja nnifisha jista’ jkun hemm elementi poetiċi, simboliċi, u l-bqija.

Meta bdejt tikteb?

Sewwa sew ma nafx. Pero’ li ngħid l-istejjer jew nikteb l-esejs l-iskola dejjem għal qalbi. Naħseb li bdejt nikteb b’mod “letterarju” meta kelli sittax-il sena.

Għaliex tikteb?

Domanda diffiċli immens. L-ewwelnett nemmen fil-bżonn tal-bniedem li jikkomunika. Kull forma ta’ letteratura, fl-opinjoni tiegħi, hi forma ta’ komunikazzjoni, jew għallinqas, attentat. ċertu poeta Paul Celan jiddeskrivi dan l-attentat bħala “a message in a bottle”. Jista’ jasal jew jista’ ma jasalx. Wieħed dejjem jispera li jasal. U l-konsegwenza? Ebda kittieb, għallinqas modern, ma jrid jgħallem jew jippriedka. għallinqas pero’ jista’ jiċċaqlaq. Dan iċ-ċaqliq naħseb li huwa neċessarju.

Taħseb li jista’ jiġi żmien meta ma tibqax temmen fil-letteratura jew fil-bżonn li tikteb?

Dan huwa proċess. Jekk kittieb m’għandux xi jgħid aħjar ma jikteb xejn. Dment li wieħed jibqa’ jħoss li għandu bżonn jew jista’ jgħid xi ħaġa, għandu jikteb. Jekk xi darba fil-futur, il-letteratura tisparixxi naħseb li allura sinjal li m’għadx hemm bżonnha. żgur pero’ li jinħolqu forom oħra ta’ espressjoni artistika. Kulħadd jaf li, pereżempju, il-film hu l-arti predominanti ta’ żmienna.

X’inhu x-xebh, u x’inhuma d-differenzi li tara bejn l-ewwel poeżiji li ppublikajt f’NISĠA u l-poeżiji ta’ L-ARTIST TAT-TRAPIŻ?

Il-pubblikazzjoni NISĠA kien xogħol kemmxejn mgħaġġel. Ma jiddispjaċini xejn li ppubblikajt fih iżda ċertu xogħol naħseb li ma nippublikahx issa. Hemm ċertu diżattenzjoni fi wħud mill-poeżiji u element ta’ ‘self indulgence’ li xi traċċi tiegħu jinstabu wkoll f’L-Artisttat-Trapiż. F’dan ta’ l-aħħar ippruvajt inkun aktar preċiż. Ippruvajt bħal speċi nneħħi x-xaħam żejjed u nħalli l-muskolatura tidher aktar.

Meta tikteb tfittex l-innovazzjoni lessikali u stilistika? Tfittex li tikteb dwar temi u realitajiet li tħoss li ħaddieħor ma ttrattax?

Ma naħsibx li dan iseħħ għal kollox b’mod premeditat. Il-forma u l-istil joħorġu mill-bżonnijiet ta’ l-idea fiha nnifisha. Dak li trid tgħid jurik hu stess kif għandek tgħidu. Dwar temi u realtà naħseb li r-realtà ta’ kull bniedem hi realtà unika għall-individwu stess u għalhekk hi differenti minn ta’ ħaddieħor. Bħala temi naħseb li dawn jinqasmu fi tnejn: it-temi ta’ perjodu partikolari, storiku u l-post, allura fil-każ tiegħi, Malta bejn l-aħħar tas-seklu 20 u l-kumplament u, it-tieni, it-temi biex ngħid hekk universali: l-imħabba, il-mewt, Alla, eċċ.

Kieku kellek issemmi xi preġji u xi difetti tal-letteratura Maltija ta’ llum xi ssemmi?

Irrid noqgħod attent hawnhekk għax miniex kritiku. Forsi xi kultant nieħu l-impressjoni li għax kitba hi bil-Malti, allura ma tiġix ikkritikata kif suppost i.e. li wieħed jara l-valur intrinsiku tax-xogħol. Preġju ewlieni hu li ħafna kittieba wrew, permezz tax-xogħol tagħhom, li l-Malti jista’ jintuża bħal kull lingwa oħra biex tesprimi ruħek u li huwa xejn inqas mill-Ingliż, mit-Taljan, u l-bqija

X’sehem tipprova tagħti lill-metafora fil-poeżija tiegħek?

Il-metafora hi sa ċertu punt il-qofol tal-poeżija. Jien, personalment, noqgħod attent li l-metafora, jew il-lingwaġġ metaforiku, nintegrah fit tħaddin tal-poeżija stess. Ma tantx jogħġbuni (biex ngħid hekk) metafori “diffiċli”, jew metafori li jersqu lejn is-simboliżmu (jew simboliżmu żejjed).

F’liema mumenti l-aktar li tikteb? Normalment x’inhu l-punt tat-tluq: kelma, idea, wiċċ, esperjenza, l-ewwel vers?

Naħseb li semmejt diversi punti tat-tluq. Interessanti wkoll li tkun għaddejt minn xi esperjenza, imbagħad wara xi żmien, ġieli anke sitt xhur wara, xi ħaġa tfakkrek fiha u ttik l-ispunt għall-kitba. Eżempju ta’ dan hi “Poeta Irlandiż”, f’L-ARTIST TAT-TRAPIŻ. Biss il-mument propizju ta’ meta nikteb huwa teoretikament, il-ħin kollu.

X’importanza għandu l-ewwel vers fil-kitba tiegħek?

L-ewwel vers huwa fundamentali kemm għall-qarrej kif ukoll għall-kittieb stess. Ġieli fl-ewwel vers ikun hemm ippressat, biex ngħid hekk, il-bqija tal-poeżija kollha. Huwa forsi l-aktar vers diffiċli għax jorbot mal-mument tan-nebħa. Nixtieq pero’ nenfasizza li aktar milli l-vers, li kull kelma għandha l-importanza tagħha.

X’inhuma l-proġetti letterarji tiegħek għall-ġejjieni?

Li nkompli nikteb jew naħdem fuq il-poeżija. Qiegħed ukoll nispiċċa numru ta’ novelli u bdejt forma ta’ “djarju” fuq it-tfulija tiegħi.

Temmen li l-awturi Maltin jistgħu, jew għandhom, jaħdmu flimkien? Kif, konkretament?

Aktar milli jaħdmu flimkien jew joħolqu xi “skola”, naħseb li jkun tajjeb li jiddiskutu fuq ir-radju, gazzetti eċċ. u anke pubblikament, ix-xogħlijiet tagħhom. Jistgħu jsiru xi forma ta’ ‘symposium’ jew sempliċi laqgħa fejn il-kittieba jiddibattu fuq dak li nkiteb kemm fil-passat u fil-preżent.

Taħseb li l-kittieba Maltin għandhom sehem bħala kummentaturi tas-soċjetà Maltija u dinjija?

Kull kittieb huwa kummentatur, tas-soċjetà u tad-dinja għax huwa parti minn dik is-soċjetà partikolari u tad-dinja in ġenerali. Pero’, jekk huwa kittieb il-kummenti tiegħu jridu jkunu imwaħħdin u maħdumin fil-kitba tiegħu. Verament li l-letteratura m’għandhiex dak l-effett immedjat bħall-ġurnal iżda m’għandhiex lanqas is-superfiċjalità u l-għaġġla ta’ kummenti magħmulin “ad hoc”.

Kemm taħseb li l-kitba tiegħek hija ħielsa, jew marbuta, ma’ l-ideoloġiji li jiddominaw ħajjitna llum?

Hawn min jgħid li ż-żmien ta’ l-ideoloġiji spiċċa. The End of History bħalma jsostni Fukuyama fil-ktieb ta’ l-istess titlu. Bħala ideoloġija politika m’għandix. Is-simpatija tiegħi huma ma’ dak kollu li hu uman. (Fil-poeżija “Il-Katidral” il-punt anti-ideoloġiku huwa enfasizzat.

It-tfulija hija tema importanti għalik: għaliex?

It-tfulija għalija hi tema importanti ħafna. Jew aħjar l-importanza tagħha mhix fiha nnifisha iżda sservi bħala sors, jew għajn li ma jispiċċa qatt. L-esperjenzi, is-sensazzjonijiet tat-tfulija jibqgħu miegħek u naħseb li jsawru ħafna mill-karattru ta’ dak li jkun. Vjaġġ lura lejn it-tfulija hu vjaġġ lura lejn l-oriġini biex ngħid hekk.

Adrian Grima | Marzu 2000

Ħajr lil Ramona Vassallo

Ara wkoll: Henry Holland dwar “Il-Baqta” – Intervista ta’ Adrian Grima (2002)


 

Poet on a High Swing

HENRY HOLLAND: L-Artist tat-Trapiż, The author, Malta 1996, iv + 32 pp.

HERE IS an attractive masculinity in most of the 30 poems that constitute Henry Holland’s first published foray into Maltese poetry. With a past as a student and a present as a teacher of English literature, Holland seems to have taken positively to the technique used by the Metaphysical Poets and also by many modern poets. As such he represents one of the growing number of young poets who are turning their backs on Italian poetry, in preference to modern and contemporary English and American writers.

The sudden, brusque opening lines, the unusual imagery, the ‘violent’ language, the cerebral content, all make Holland’s poetry a very intriguing experiment that frequently captures the reader’s attention and involves him in what the poet is trying to say. This is definitely not the type of poetry that capitalises on cheap emotions and presents them in sugary language.

The poem which gives the anthology its title amply demonstrates the poet’s predicament – not unlike the Icarus he refers to – as he risks the unknown with every poem “imdendel bejn il-biża’ u x-xewqa li jaqbeż / u għal darba jtir!” The poet feels cut off from everything: “Hawn fuq hawn il-kwiet; / l-orkestra mitfija, / ix-xibka mitwija, / iċ-ċirku miet.” Before he finds the answers to the questions that bedevil his mind and soar upwards, the reluctant scared poet must overcome his fear of flying!

In Infern he is conscious that “Meta tasal, / u se tasal / is-sabta inevitabbli” he will discover that “Wara kollox / kollox hu xejn, / hu waħx.” Still, he feels he must continue his “mixja għamja ineżorabbli” but this time “bla dmugħ”.

For Holland there is a terrifying unknown, for which he often uses images of darkness (not the soothing darkness of the night that brings rest),and silence, so frightening to one who has to communicate. The darkness of the tunnel that dominates Corrida, perhaps not unintentionally the first poem of the anthology, is a typical image as the cyclists pedal madly into the darkness as the poem ends abruptly.

In Insomnja, with its apt rubric from Macbeth, the southerly, muggy wind prevents the poet from sleeping off his tiredness as “il-ġilda garża tinkolla mal-liżar” forcing him to try to come to terms with his-existence. In the frightening calmness, interrupted desultorily by the church clock, even the rain (so often a purifying image), is so revoltingly warm that “lanqas id-dubbien ma tar”.

Even the traditional escapes provided by love and good company are far from satisfying. In Ċiċri the male-female relationship has a guileless feel that reduces it all to the nature of a game by children who may or may not know the full meaning of what they are playing at.

In Gotika the pain of an unrealized love creates imaginary bats in “kamarti kripta, kiesha, kiesha silġ!” while in the openly-acknowkdged Larkinish Il-Milied ta’ l-æażeb, the lonely bachelor tosses and turns in bed watching “il-konsenturi ta’ mal-ħajt” and even aaborts any desire to mouth the question “Żbaljat?”

It is in literature that Holland may find the justification of his attitude to the fair sex. In Il-Lezzjoni tal-Letteratura, again with its open acknowledgement to Marvell’s To His Coy Mistress, the reluctant girl is reminded of the eventual victory of the worms of the grave.

If love does not provide any escape, even a life spent in company with friends does not seem any lasting solace. In Dolce Vita, the convivial meal (“Żaqq se tixpakka, bil-panċiera / ċinturin diskretament maħlulin”) satiates the sitters who still can find nothing more meaningful (if Time had not done them in) than to “Nirreġettaw ko11ox u nerġgħu nibdew”.

Even the age-old patriotism so milked for effect by older Maltese poets is given a modern ironic bent in Déjà Vu, while the division that politics brings out is terribly brought out in Jum ir-Rebħa, with the victors on the prowl. In Każ Mentali the poet’s persona turns on the entire local set-up “Ħaqq il-Gvern / Ħaqq l-oppożizzjoni! ħaqq il-psewdo-Intellettwali jippontifikaw fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni!”

The last seven poems have a spiritual feel brought about by the poet’s personal experiences. Perhaps brought face to face with the ultimate reality of death, he discovers an inner dimension that ironically fortifies his spirit when he feels at his weakest as, for example, in Infern, already quoted.

Still, this predicament in no way softens the poet’s attitude or language. The opening of Kantiku (Lil David), “Xbajt u ddejjaqt / Iffirmajt u tlaqt ‘il barra” echoes that marvellous opening of George Herbert’s The Collar: “I struck the board and cried, ‘No more, I will abroad’!”

Words of condolence are rendered banal by the unfeeling contrast of the language register: “Noħlom jgħiduli, ‘Ġie anġlu sabiħ u sabbarna, ‘Int orrajt?'” Even joining in the funeral chants at church only makes the serried voices turn on him and scream “Ġuda! Viljakk! Ġakbin!”

The rubric from Donne (“And death shall be no more; death, thou shalt die”) which introduces the final poem of the anthology, Kankru, may give the impression of an eventual triumphant victory. Still, it is that terrifying emptiness that ultimately keeps echoing in the mind (“Sakemm bħal kollox; niżbroffa: Koħħ!”).

Very neatly printed with ail attractive cover of a bas relief of the poet by fellow Floriana-born engraver Noel Galea Bason, Holland’s first anthology is definitely a collection that deserves to be noted as it prefigures a poet who articulates the feelings of the young generation.

Louis J. Scerri | The Sunday Times, June 22, 1997

 


 

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s