Ismagħha
L-imħabba bħal murtal.
Meta tisplodi tifqa’ s-sema
b’kuluri jgħajtu …
u mbagħad tħallihom jaqgħu bil-mod
fil-qlub.
L-imħabba bħal murtal.
Jekk trażżnu żżejjed
tkun qed tilgħab bin-nar.
L-imħabba kaxxa ‘nfernali
mimlija kuluri
jixegħlu ‘l xulxin.
—