Il-Malti tal-lum u tal-futur fuq AWLA

F’dan l-episodju tal-programm AWLA fuq ONE TV li xxandar it-Tlieta 17 ta’ Marzu 2026, tkellimna fuq l-ilsien Malti tal-lum u tal-futur, fuq il-ħtieġa ta’ politika lingwistika nazzjonali, it-tipi differenti ta’ Malti li jintużaw f’kuntesti differenti, id-djaletti, il-kuntatt importanti ma’ lingwi oħrajn, u r-responsabbiltà tal-ġenituri lejn uliedhom.

Il-mistiedna l-oħrajn fil-programm kienu Adrian Zammit, podcaster; Adrian Dominicus, manager ta’ ristorant; Daniel Wright, personalità televiża; u Joe Baldacchino, awtur li jikteb u jitkellem biż-Żejtuni.

Adrian Dominicus ġie Malta mis-Sri Lanka ta’ għaxar snin
Wieħed mill-interventi waqt il-programm

Leave a Reply