Dawn huma l-esejs personali li kitbu wħud mill-istudenti ta’L-Università ta’ Malta – Junior College, Malti li ħadu sehem fis-sessjonijiet ta’ kitba li għamilna fi Frar u Marzu 2025. Ħajr lil Dr David Aloisio, kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-JC, u lill-kollegi Kit Azzopardi u Leanne Ellul li għenuni biex dawn is-sessjonijiet jirnexxu.

Ħajr speċjali lill-istudenti li hawnhekk qed jidhru l-kitbiet tagħhom:
- Alizah Cauchi, “Dik il-ġibda ’l fuq”
- Julia Darmanin Inglott, “Żewġ ċpiepet ħomor u ħodor”
- Martina Salerno, “L-Għadira biss”
- Matthea Grech, “Il-post tat-tfulija”
- Michela Mizzi, “Tifkira ta’ Mħabba li Qatt Ma Tmut”
- Ramon Caruana, “Dehxa Antika”
- Sarah Buhagiar, “Il-Ħabbata”
- Sven Demicoli, “Fejn il-Qalb Tistrieħ”
Il-proġett Ewropew Essays Beyond Borders qed jitmexxa mill-Prof. Mario Aquilina f’isem l-Università ta’ Malta, b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u bis-sehem f’Malta tad-Dipartiment tal-Ingliż u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti.