Nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu 2025, waqt il-Palk Ħieles li sar fl-istabbiliment Victoria Central it-Tokk, fir-Rabat Għawdex, qrajt verżjoni bil-Malti tal-ewwel żewġ kitbiet ta’ Palestinjani taħt in-nar f’Gaża mill-ktieb Ho ancora le mani per scrivere. Testimonianze dal genocidio di Gaza (Edizioni Q, 2025), editjat mill-kollega u ħabib tiegħi Aldo Nicosia.
Dan il-Palk Ħieles kien l-ewwel attività tal-għoxrin edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed u dawn huma wħud mir-ritratti li ħa Kenneth Scicluna għal Inizjamed.










Il-mistieden speċjali kien Omar N’Shea li qara silta mill-isbaħ mill-ħames taqsima, mhux ippubblikata tas-sensiela “Es Sidr” li se toħroġ bħala ktieb waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fil-bidu ta’ Novembru 2025 u li l-ewwel erba’ partijiet minnha dehru fir-rivista elettronika Aphroconfuso.
Quaranta traduttori, tra docenti di lingua araba nelle università italiane e altri esperti, hanno tradotto i testi inclusi in questo libro con l’intento di offrire al lettore sprazzi di vita tanto spesso oscurati dai mezzi di informazione.
Si tratta della raccolta di duecentoventi storie brevi di persone che dall’interno della Striscia di Gaza raccontano l’ultimo genocidio, quello ancora in corso. Sono testimonianze di persone semplici, operai e contadini, disoccupati e casalinghe, medici e infermieri, scrittori e accademici: i lutti, lo sfollamento, la vita sotto i bombardamenti, le emozioni, le paure, le preoccupazioni per i figli e per i propri cari.
Il ricavato della vendita di questo libro, del quale sono state stampate 500 copie, andrà all’Associazione Gazzella OdV che fin dall’anno 2000 è impegnata a dare assistenza ai bambini feriti della Striscia di Gaza (www.gazzella-onlus.com).
