Daħlet ix-Xilep finalista

Kuntent li l-ktieb tiegħi Daħlet ix-Xilep. Kontralimerikki tal-Pandemija (KKM 2023) huwa fost it-tliet kotba nnominati għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 fil-kategorija tal-poeżija.

Il-kotba finalisti l-oħrajn huma The Bell ta’ Maria Grech Ganado (Kotba Calleja) u Għażiż Ġismi ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin).

Din hija s-47 edizzjoni ta’ dan l-akbar premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi ta’ kotba ppubblikati f’Malta.

Ir-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni jitħabbru f’ċerimonja speċjali nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, u wara jkunu promossi mill-KNK sakemm jasal il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru fl-MFCC.

L-istqarrija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-lista tal-finalisti fil-kategoriji kollha tinsab hawnhekk.


Leave a comment