Il-Malti tal-Eġittu: Intervista mal-Prof. Geoffrey Hull

Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2023, jien u Dr Michael Spagnol, f’isem id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta intervistajna lill-Prof. Geoffrey Hull, lingwista ewlieni li ħadem fuq għadd ta’ lingwi, fosthom il-Malti, il-lingwa li kienu jitkellem ma’ ommu u ma’ nannuh fl-Awstralja. L-intervista saret bl-għajnuna tar-riċerkatur Mark Caruana, li jaħdem fil-qrib ħafna mal-Prof. Hull.

Waqt li x-xogħol ewlieni tiegħu fuq il-Malti huwa l-ktieb fundamentali, The Malta Language Question: A Case Study in Cultural Imperialism (Said International, 1993), l-iktar xogħol akkademiku riċenti tal-Prof. Geoffrey Hull huwa “Exploring the Berber Element in Maltese,” xogħol li deher fir-rivista Leħen il-Malti Għadd 38, tal-Għaqda tal-Malti tal-Università (p. 123-157). Dan ix-xogħol irrefera għalih Dr Lameen Souag dan l-aħħar fil-lectures li ta fl-Università ta’ Malta bħala mistieden tad-Dipartiment tal-Malti, u mill-ewwel jagħtina ħjiel tat-tip ta’ studju rigoruż tal-Prof. Hull fil-qasam tal-lingwa u l-lingwistika dijakronika.

Geoffrey Hull huwa lingwista u filologu Awstraljan ta’ nisel Malti li twieled fis-6 ta’ Settembru tal-1955, f’Sydney, New South Wales, l-Awstralja. Il-lingwi ewlenin tiegħu huwa l-Ingliż u l-Franċiż, u t-Taljan u l-Malti, żewġ lingwi marbutin sew mal-istorja tal-familja tiegħu.

Kiseb B.A. (Unuri) fit-Taljan mill-Università ta’ Sydney fl-1978, u dottorat fil-Lingwistika Dijakronika Rumanza fl-1983. It-teżi tiegħu f’żewġ volumi kienet fuq il-lingwa tal-provinċja Rumana ta’ Rezia, “The Linguistic Unity of Northern Italy and Rhaetia” (1982).

Għandu kwalifiki fit-traduzzjoni (NAATI, National Accreditation Authority for Interpreters and Translators), fit-tielet livell fil-Franċiż, it-Taljan, l-Ispanjol, il-Portugiż, ir-Rumen, il-Malti, il-Ġermaniż, il-Pollakk, u l-Ukren, u kwalifika fit-tieni livell fil-Latin.

Dawn huma l-ħatriet akkademiċi li ngħata matul il-karriera tiegħu:

  • 1979-1983: Tutor in the Department of Italian, University of Sydney. 
  • 1983-1987: Lecturer in the Department of Italian, University of Melbourne. 
  • 1988: Sessional Lecturer in Celtic Studies, University of Sydney; taught Irish, Welsh, Cornish, Breton languages and Celtic philology course. 
  • 1989-1991: Lecturer in Italian and French in the Department of Modern Languages, University of Wollongong. 
  • 1992: Lecturer and Research Fellow at the Language Centre, University of Sydney. 
  • 1993-2000: Senior Lecturer in Linguistics, University of Western Sydney Macarthur. 
  • 2001-2007: Professor and Director of Research and Publications at National Institute of Linguistics (University of Timor Lorosa’e), Dili, East Timor
    (secondment from UWS) 
  • 2004-2009: Associate Professor in Modern Languages and Linguistics at University of Western Sydney. 
  • 2010: Honorary Associate, Department of Ancient History, Macquarie University, Sydney, NSW, Australia.

Geoffrey Hull kiteb għadd kbir ta’ studji. L-ewwel tnejn kienu fuq “La parlata italiana dell’Egitto,” L’Italia Dialettale, XLVIII (pp. 243- 254) tal-1985, u “Vicende e caratteristiche del maltese parlato in Egitto,” xogħol li kien deher fl-Atti del secondo Convegno Sicilia-Malta: contiguità e continuità linguistica e culturale (Malta) (pp. 87-103) tal-1987. Studju ieħor bikri fuq il-Malti huwa “The Origin of the Name ‘Kirkop’“. Journal of Maltese Studies, 19-20 (pp. 58-61) tal-1989-90, waqt li “East Timor: Just a Political Question? Australian Social Justice Council Occasional Paper, No. 11. Sydney, 1992, huwa l-ewwel xogħol fuq il-lingwa fit-Timor tal-Lvant. Ngħidu aħna, fl-1994 ippubblika “A National Language for East Timor” f’Language Reform: History and Future, vol. V, ed. István Fodor u Claude Hagège, Hamburg: Helmut Buske Verlag (pp. 347-366); u gwida għall-ortografija standard tal-lingwa Tetum, waħda mil-lingwi uffiċjali tat-Timor tal-Lvant, Orientação para a padronização da língua tétum, xogħol li ħareġ f’Sydney, Mary MacKillop Institute of East Timorese Studies. 

Ktieb ta’ natura differenti huwa The Banished Heart: Origins of Heteropraxis in the Catholic Church, li ħareġ f’Sydney minn Spes Nova fl-1995. 

Fl-2017 ħarġet traduzzjoni tiegħu mill-Malti għall-Ingliż ta’ ballata ta’ Ġanninu Cremona dwar The Siege of Gozo 1551: A Ballad, pubblikazzjoni f’Sydney ta’ The Xaghra Association of NSW.

Dan it-tagħrif bijografija u biblijografiku jagħti biss ħjiel ċkejken tax-xogħol kbir tal-Prof. Geoffrey Hull fl-oqsma tal-lingwa, tal-lingwistika, il-filoloġija, u lil hinn.

Il-Prof. Geoffrey Hull

Fl-intervista ta’ sagħtejn li għamilnielu jien u Michael Spagnol, kap tad-Dipartiment tal-Malti, staqsejna lill-Prof. Hull dwar il-familja tiegħu Said minn Bormla f’Malta u f’Port Said, l-Eġittu, u fuq is-sehem ta’ nannuh Giovanni Said fil-Qari tat-Tixrid Malti. Tkellem fuq il-Malti mitkellem tal-Eġittu, fuq id-djalett tal-Kottonera kif kien mitkellem fl-1880 u li baqgħu jitkellmuh fil-familja tiegħu; fuq kif nibtet l-imħabba tiegħu għall-Malti u għax-xjenza lingwistika; u fuq kif tgħallem jikteb bil-Malti.

Matul l-intervista l-Prof. Hull tkellem fuq l-ispeċjalizzazzjoni fid-djaletti; fuq l-oriġini tal-kliem Malti pparagunat ma’ ilsna oħra, bħall-Isqalli, il-Katalan, u l-Għarbi; fuq id-damm tad-dizzjunarji, fosthom tal-Malti u t-Taljan, u fuq it-tfassil ta’ qafas ta’ lingwa nazzjonali fit-Timor Leste.

Wieħed mill-iktar mumenti sbieħ f’intervista mill-isbaħ huwa meta Geoffrey Hull qara rakkont li kiteb apposta għalina bid-djalett tiegħu tal-Malti tal-Eġittu msawwar mill-varjetà tal-Kottonera.


Leave a comment