Inizjamed u l-Kulleġġ Mikelanġ Refalo ta’ Għawdex talbuni biex nagħmel żewġ taħditiet fuq Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici fil-kuntest ta’ dak li jitlob is-sillabu tal-Intermedju u l-Avvanzat tal-Malti. Wieħed mill-argumenti ewlenin tiegħi kien li fl-analiżi tal-letteratura l-istudenti dejjem iridu jiffukaw, l-ewwel u qabel kollox, fuq il-forma, fuq l-istil, fuq il-kif, u mbagħad minn hemm jirriflettu fuq il-kontenut tematiku.
Fit-taħditiet li saru fis-16 u fit-30 ta’ April 2021 qbadt l-elementi stilistiċi li jissemmew fis-sillabu kemm tal-Intermedju kif ukoll tal-Avvanzat u ddiskutejthom sistematikament. Tajt ukoll għadd ta’ eżempji. Fl-istess ħin ħeġġiġt lill-istudenti biex jaqraw ir-rumanz b’mod indipendenti u joħorġu bl-interpretazzjonijiet u l-eżempji tagħhom.
Ħajr lis-Sa Elena Cardona u li-Sa Bernardette Gatt.
Din hija l-ewwel taħdita.
Din hija t-tieni taħdita.