Kumment dwar Imkien għall-Kenn, ġabra ta’ poeżiji John P. Portelli (2020)

Dan ta’ John Portelli huwa djarju ta’ vjaġġi fil-Mediterran, il-Baltiku u l-Karibew, fl-għeluq ta’ ħabsijiet kollhom iħirsa tturmentati u l-ftuħ ta’ pjazez u portijiet. Huwa enċiklopedija ta’ ismijiet u tislimiet strambi, dokument ta’ waqtiet, ta’ osservazzjonijiet ta’ barrani li jsib ruħu fuq ġewwa, il-pitazz tal-umanista mimli wċuħ u notamenti. Imma dan huwa wkoll vjaġġ għalkollox personali, spazji pubbliċi u mibjugħa li jsiru spazji intimi li fihom l-osservatur josserva, qabelxejn, lilu nnifsu, u ż-żmien għaddej bla ħniena minn fuqu. Il-bniedem li fassal l-eżilju tiegħu u donnu kullimkien ifittex ħjiel ta’ dar li tilqgħu.
Adrian Grima | Mejju 2020
Like this:
Like Loading...
Related