In-Novella “Għassa”

In-novella tiegħi “Għassa,” ispirata minn storja vera, għadha kemm dehret f’ħarġa letterarja tar-rivista tal-Akkademja tal-Malti, Il-Malti (LXXX, 2008) ippubblikata bi sħab mal-Klabb Kotba Maltin. Din il-ħarġa tinkludi poeżiji ta’ Clare Azzopardi, Charles Bezzina, Ġorġ Borg, Louis Briffa, John Caruana, Antoine Cassar, Carmel G. Cauchi, Maria Grech Ganado, Maurice Mifsud Bonnici, u Joe Zammit Tabona. L-editorjal dwar “Iż-Żmien” huwa ta’ Anton Agius Muscat.

F’din il-ħarġa hemm ukoll novelli ta’ Lina Brockdorff, Alex Vella Gera, Anne Marie Scerri u Trevor Żahra, u traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ Jordi Punti, Susan Richardson, Aki Salmela, Roman Simić, u Valerio Cruciani magħmulin minn Antoine Cassar, Simone Inguanez u Immanuel Mifsud waqt laboratorji tat-traduzzjoni letterarja fl-2006 u l-2007 organizzati minn Inizjamed u Literature Across Frontiers.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s