Klin u Kapriċċi Oħra

Studju ta’ Dr Norbert Bugeja, reċensjoni ta’ Ramona Depares u artiklu ta’ Omar Seguna.

BUGEJA, Norbert.,‘Riefnu minn Ġo Fina: It-Togħmiet Spjetati tal-Poeżija fi Klin u Kapriċċi Oħra’.  Klabb Kotba Maltin, 2015.

Dakinhar tal-pubblikazzjoni ta’ Klin u Kapriċċi Oħra (KKM, 2015), l-istess dar tal-pubblikazzjoni ħarġet ukoll dan ix-xogħol ta’ Dr Norbert Bugeja dwar dawn il-poeżiji. Dawn iż-żewġ awturi kienu diġà kkollaboraw meta Adrian Grima kiteb daħla estensiva għall-ewwel ġabra ta’ poeżiji ta’ Norbert Bugeja, Bliet (Edizzjonijiet Emma Delezio, 2009), u tkellem fit-tnedija ta’ dan il-ktieb fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Din li ġejja hija silta minn dan l-istudju, ippubblikat bħala ktejjeb, ta’ Norbert Bugeja:

Għalkemm il-poeżiji li se taqraw f’din il-ġabra jinsabu, b’mod evidenti, fi djalogu kontinwu mal-attiviżmu soċjali, kulturali u interkomunitarju tal-poeta nnifsu, hawnhekk żgur li ma rridx nitkellem fuq “poeżija impenjata”, jew “engagée”, jew tikketti oħra simili. Irrid nitkellem minflok fuq poeżija organika u ħajja, poeżija li qed tagħmel minn kollox, u b’reqqa, biex ‘tingasta’ – kif jikteb Grima fil-poeżija ‘Diqa Ingastata’ – lilha nfisha, jekk mhux direttament fil-kundizzjonijiet materjali u storiċi li hi stess nibtet minnhom, allura fil-bidu ta’ vjaġġ intensiv lejn is-sejba mill-ġdid tagħhom. Quddiemna llum għandna nisel ta’ poeżija li b’intelliġenza, permezz tal-mekkaniżmi u r-riżorsi interni tagħha stess, qed tfittex li tkisser il-velu retoriku fin tat-test, u dan sabiex tkun tista’ taċċessa b’intensità ikbar il-kundizzjonijiet ta’ emerġenza li hi x-xewqa tagħha li tinbet minnhom, u li spiss ix-xejriet poetiċi ta’ żmienna jispiċċaw, kultant bla ma jindunaw, “jitbiegħdu” minnhom huma u jinħmew fil-forma ta’ testi.

Din hi stqarrija li nixtieq nagħmel hawn, fil-bidunett: il-poeżija ta’ Adrian Grima mhix qed tindirizza l-kriżijiet u l-emerġenzi tagħha oġġettivament, bħala suġġetti esterni: qed tipprova, minflok, tħassar id-denominazzjoni tagħha nfisha bħala test “poetiku” billi tipprova ssir hi stess, billi tipprova tinkorpora f’laħamha u f’għadamha l-kwalità tal-kriżi qua kriżi; fi kliem ieħor, il-poeżija ta’ Grima qed tażżarda tiddefinixxi mill-ġdid il-poetiċità tagħha, fl-isforz enormi li tippersonifika l-qagħda nfisha tal-emerġenza umana kif din tintiseġ fit-tessut intimu tal-kriżi.


Anything but a kapriċċ

RAMONA DEPARES

The Sunday Times of Malta | Escape | December 27, 2015

ADRIAN GRIMA | Klin u Kapriċċi Oħra | Klabb Kotba Maltin 2015

Poetry is slowly enjoying a resurgence on the local front. Years of students breaking their backs trying to connect with the likes of Dun Karm Psaila and Ruzar Briffa who – despite all their undisputed merits – hardly tap into the zeitgeist of today’s generation, have evolved into a slow, but steady stream of contemporary poetry by some of Malta s finest wordsmiths. Such as Adrian Grima, him of Klijenti Antipatiċi u Kappuċċini Kesħin, Vleġġa Kkargata, Hawn Jidħol il-­Gawwi and Id-Demm Nieżel bħax-Xita fame, among others.

Ramona Depares - Review STOM 27.12.15_a

His latest release, Klin u Kapriċċi Oħra, is another foray into the beauty of our language when used with care. Like all poetry books worth the paper they’re printed on, this collection is not one to be rushed through in one sitting or to be read while your mind is idly wandering around on other topics. Instead, it is to be savoured slowly, each poem given its due attention and time, all the better to savour the emotions that every word is imbued with.

Undoubtedly, the fact that it is written in Maltese will intimidate many. However, while impeccably used, the type of language favoured by Grima is far from impenetrable. Indeed, it is the simplicity of the words as they come together to create a melodious whole that holds a lot of the attraction.

The book is divided into six collections, each with a different mood – all the poems are a love-letter of sorts, whether to a woman, to pain or even to life itself, as it were. A number of the poems either refer to foreign shores within the stanzas, or else end with a reference to a place, a decision that somehow makes tbe words and feelings leap from the page and from fiction into a more concrete reality, almost as though the poet were allowing us a glimpse into selected pages from his personal journal, so to speak. Indeed, a number of them are based on actual happenings or real people, famous or not.

Il-Kapriċċ is probably my favourite collection, an ode to that feeling that we call ‘love’ that is intense without any hint of sappiness. Instead, in L-Imħabba l-Kapriċċ, we have the sometimes-rapturous, sometimes painful tug of war between two people. L-imħabba I-biża’, il-mistħija, il-­kapriċċ… (love is fear, shame, an indulgence) this piece is replete with all that confusion, rage and helplessness that is the real deal.

It’s an intensity that is repeated in the entire section, from the Qlugħ mimli b’xufftejk / bil-Majjistral skur jixghel t’ghajnejk of Qlugħ fuq it-Tbissima Tiegħek; to the urgency of the lover in Xufftejk Spjegati, and the almost resigned devotion in Id­-Dijaframma tal-Ġisem. Grima’s is a love full of contradictions, soaring from the peaks of ecstasy (Bid-dlam t’ghajnejk tobromni / ġo dahri, minn għonqi, ġo fommi Għajnejk I-Alġier) to the very depths of despair (Nisma’ għajnejk imdemmgħa fuq it-telefown / u leħnek f’qalbi mxaqqgħa Jekk Ħarist).

12063744_10153075629192233_4654513857284447184_n

Rebbiegha follows, a collection of conversations between the poet and various people – friends, lovers, acquaintances. Politics replaces love here, albeit not completely as the author addresses issues that have dominated the headlines in recent times. A strong sense of identity – of our Mediterranean heritage and everything it brings with it – permeates these works. L-Ewwel Frejgatina paints an all-too-real picture of the facile fear and faux patriotism inspired by forced migrants;

it’s a poem that should be posted on the Facebook walls of all these so-called patriotic groups, to drive their ridiculousness home as they plot against the helpless, only for their ire to be forgotten promptly in favour of their comfortable existence (Mitluf kif jien f’dad-­dlamijiet / ma nindunax li d-diskors spiċċa / u ġa ġabulna l-pizza).

Deportazzjoni and Mediterran bring us more of the same hopelessness with a poignant honesty, while other poems like Gift of Life and Fwd: Midnight Invasion strike a sadly familiar chord, telling the story of the countless wars that keep on tearing apart the Middle East, the Balkans and even a particularly chilling piece about the reported suicide of Bosnian dictator Ratko Mladic’s daughter Ana.

But, perhaps, not as chilling as Tbenġil, a collection that is likely to strike too close to home for many, with its introspection about the finite journey that is life and the many ways the human body betrays us. The intransigence of our presence on earth is quite brutally laid out in Inkontinenza, with its Xi Jħalli warajh il-ġisem … Id-diżappunti jħalli, misluħa … Imbaghad il-mtstrieħ / i­t-tradiment aħħari. Sebgħin Sena Tbenġil describes the pain and indignity of old age almost tenderly, while Awtoproduzzjoni is frightening in its matter-of- fact account of what happens when your own body turns against you.

The penultimate collection, L-Abbiss includes a particular poem – L-Abbiss fuq Ħuġbejk – that borrows from lyrics by Robert Farrugia Flores of the band Plato’s Dream Machine. The inspiration works and, in fact, while going through Grima’s poetry it comes natural to imagine it being set to music.

Grima’s words get under the skin of the reader, making you go back to a particular verse or phrase, eager to find that meaning that you may have initially missed, wanting to analyse and check whether the author is really on to something.

And he is, as Klin instils a variety of sometimes contradictory emotions that very often cause discomfort and a dawning realisation of a truth that, somehow, the subconscious had already been aware of.

One thing it will not do is leave the reader unmoved. And, even if just for the vast spectrum of feelings it manages to invoke, this makes Klin u Kapriċċi Oħra anything but a kapriċċ.


Klin u Kapriċċi oħra

AwturAdrian Grima 
Pubblikazzjoni:  Klabb Kotba Maltin 

Adrian Grima (Dr Adrian Grima li bħala awtur ser nirreferi għalih mingħajr it-titlu) tana numru sabiħ ta’ kotba.  Bizzejjed insemmu “It-Trumbettier” (1999), “Gżejjer ta’ Diversità Kulturali/Islands of Culutra Identity (flimkien ma’ Kevin MacNeil) (2001), “Dgħajjes Qodma u Maħmuġin – Dun Karm, id-Dielja u l-Barranin” (2004), “The Tragedy of the Elephant” (2005), “Rakkmu” (2006) u “Din Mhix Logħba” (2012).  Barra minn dawn huwa editur ta’ bosta kotba oħra.  Mhux qed insemmi wkoll numru sabiħ ta’ pubblikazzjonijiet illi Grima ħareġ fil-karriera professjonali tiegħu bħala riċerkatur u lettur.

Imma dan l-awtur tant huwa  attiv fil-qasam letterarju, tant għen studenti, tant qara poeżiji ta’ ħaddieħor fosthom numru ta’ poeżiji barranin,  li bosta minna konna qed ngħidulu “Issa jmiss lilek u rridu naqraw aktar poeżiji tiegħek”.   Nammetti li meta smajt li kien ser joħroġ dan il-ktieb kont qed nistenna li fil-bidu tal-ktieb ser nara numru ta’ studji minn diversi kritiċi letterarji fil-bidu ta’ dan il-ktieb.  Naturalment iltqajt ma’ diversi studji u ħsibijiet dwar dawn il-poeżiji.  Biżżejjed insemmu il-ktejjeb “Riefnu minn ġo fina: it-togħmiet spjetati tal-poeżija fi Klin u Kapriċċi oħra” ta’ Dr Norbert Bugeja.  Norbert Bugeja bħal Grima hu riċerkatur u jien ngħid ukoll esploratur li vjaġġa u esperjezha diversi kulturi.  Bħal Grima sema’ l-poeżija ta’ diversi nazzjonalitajiet u gruppi etniċi.   Ta’ min ngħidu wkoll li jiena nħeġġeġ dejjem biex wieħed jakkwista u jaqra dawn l-istudji għaliex f’din il-paġna qed nagħtu ħarsa ħafifa biss.   Madankollu, fil-ktieb innifsu Grima għażel li jħalli barra xi tip ta’ “daħla” minn xi awtur ieħor.  Ma nafx ir-raġuni għaliex u nistqarr li qatt ma tkellimtha mal-awtur.  Imma ċertament li l-awtur huwa diġà stabbilit u m’għandux bżonn l-imbuttatura ta’ xi ħadd.  Barra minn hekk l-awtur kif narah jien iħobb ċerta spazju, iħobb ikun ħieles.  L-awtur jixtieq iħalli l-qarrej jesperjenza l-poeżija tiegħu, iħoss l-istess mumenti, l-istess emozzjoni.  Ma jippermettix li l-qarrej jiġi influwenzat jew li  jistordi bir-riħa tal-inċens u ma jħallihx jaħseb b’moħħu.  Grima jippreferi li appuntu l-qarrej jaħseb b’mod kritiku anke jekk jitbiegħed min dak li konvenzjonalment kien imdorri jaħseb u joffri diversi sfidi li mhux neċessarjament huma komdi.

Il-ktieb huwa maqsum f’sitt sezzjonijiet differenti, b’temi differenti imma tgħaqqadhom kelma waħda: “L-Imħabba”.  Bl-imħabba jittama li jirbaħ lil dawk li jiżirgħu il-mibegħda, bejn ir-razez, bejn in-nazzjonijiet.  Fuq kollox l-imħabba lejn il-persuna tant għażiża għalih li hija parti minn ħajtu.   It-tnedija saret fit-30 ta’ Settembru fejn Grima żewweġ  il-ħoss sabiħ tal-mużika tal-Plato Dream Machine u l-melodija u r-ritmu tal-poeżija.

Attwali 

Grima jagħtina diversi kwadri mill-ħajja ta’ kuljum, u jgħaddi l-qarrej minn vjaġġ għall-ieħor.  Ifakkruni fil-poeżiji ta’ Salv Sammut li huma ispirati bil-bosta mis-safar tiegħu partikularment fir-rwol li kellu ta’ trejdunjonista.  Mill-banda l-oħra bħal Karl Schembri jippreżentalna l-aħbarijiet tal-Palestinjani li mhux normali nisimgħu fuq il-mezzi tax-xandir, u jsemmgħalna l-leħen sieket tal-immigrant fuq qoxra bejn sema u ilma.

Il-poeta jitwerwer mit-twerwir ta’ numru ta’ Maltin minn nies li għax għandhom ġilda skura, għax ħarbu mill-kamp tal-battalja, jibżgħu li  jistgħu “jinvadewna” u jbiddlu dan il-pajjiż f’terrur (L-Ewwel Frejgatina, p.32).  Jixtieq li jfiehem lill-kotra li dawn in-nies wara kollox ġew hawn biex isibu l-kenn huma mit-terrur.  Jikkundanna għalhekk id-deportazzjoni (p.35) jekk ma nkunux mija fil-mija li l-pajjiżi m’humiex ta’ periklu għal dak il-persuna partikolari imma kif nafu xi wħud jispiċċaw maqtulin u saħansitra ttorturati.

Ċertament li nies bħal Grima jagħmlu l-poeżija relevanti ħafna, u vuċi għal bosta.  Jitnikket quddiem l-inġustizzji u bħal pittur li fuq tila qed ipinġilna xenarji minn diversi pajjiżi minn kull rokna tad-dinja.  Għal xi wħud ħoloq mafkar ħaj. Isemmi fost oħrajn it-tifla ta’ Ratko Mladić li jingħad li wettqet suwiċidju wara li saret taf bl-atroċitajiet li wettaq missierha fil-Bosnja (“X’se tagħmel meta l-lejl jintemm?”, p.34). Fil-fehma tiegħi din hi waħda mill-aktar poeżiji f’din it-taqsima li fiha dawk l-elementi sbieħ li jsawru poeżija tajba.    Bl-istess mod ifakkar ġrajja li għalkemm setgħet intesiet minn xi wħud, Grima naqqaxha bil-pinna qawwija tiegħu biex ma tintesa qatt; qed nirreferi għal meta attivista Maltija Bianca Zammit, flimkien ma’ Hind Al Akra u Nidal Al Naql sparaw fuqhom waqt protesta paċifika f’Al Meghazi f’Gaża(“L-Inklinazzjoni tal-Balla fl-Unika Demokrazija Dik in-Naħa”, p.42).   Waqt li xi wħud sostnew li dawn kienu f’post fejn ma kellhomx ikunu, Grima jingħaqad fil-ħsieb ma’ dawk li ddeskrivew dan l-inċident bħala xhieda mhux biss tal-okkupazzjoni Israeljana fuq artijiet Palestinjani imma wkoll il-mod brutali kif qed jimxu ma’ dawk li qed jokkupawlhom arthom.

Jempatizza ma’ dak il-bniedem x’imkien fid-dinja li ma jafx, imma qed ibati.  Fl-istess ħin ukoll jagħraf is-sehem ta’ diversi attivisti li jew mhux kullħadd sema’ bihom jew mhux kullħadd japprezza dak li għamlu.   Isemmi fost oħrajn lil Chris Mizzi tal-grupp Graffiti (p.46)  li qalulu biex ma jaqlax inkwiet fi protesta kontra Israel.

Xeni mfissra fi kliem

Il-poeżija ta’ Grima hija bħal xeni mfissra fi kliem.  Aħbarijiet li x’aktarx mhux dejjem smajna permezz tal-mezzi tax-xandir.  Jgħaddina minn xena għall-oħra, sitwazzjonijiet differenti.  Il-lenti ma tħarisx lejn dak li nafu, lejn il-politiċi u mexxejja tal-pajjiżi, imma lejn id-dettalji li jaħarbulna u ftit li xejn ikollna ċans naħsbu dwarhom.    Tistħajlek bħal tisma’ l-biki tat-tfal, l-għajjat tad-dimostrazzjonijiet, tara quddiemek l-iġsma bla ħajja ta’ nies fil-Mediterran li nbidel f’ċimiterju, u tħoss l-istess biżgħat, u l-istess emozzjonijiet.  Biżżejjed inħarsu lejn il-poeżija “Il-Ġimgħa tibda bil-fdalijiet” (p.77) fejn “tħoss il-fdal tal-ħġieġ fuq is-swar”, “ttiegħem il-ħadid mat-tarf”, “xxomm mill-ġdid i-xgħir jiżżerżaq ġo griżmejk”, u “tisma’ l-ħġieġ maqbud jinħeles.”

Is-saħħa fil-ħakma tal-kelma l-aktar li toħroġ qawwija fl-opinjoni tiegħi hija fil-karba u meta quddiem sitwazzjonijiet kiefra, l-poeta b’mod imqanqal jistaqsi “Għaliex?”.

“X’se tagħmel meta l-lejl jintemm,
għal darb’oħra
u terġa tfiġġ id-dija?” (“X’se tagħmel meta l-lejl jintemm?”, p.34)

Jħaddem lingwaġġ poetiku tajjeb ukoll sabiex jesprimi l-emozzjonijiet l-aktar dawk tal-imħabba.  Fil-fatt fl-opinjoni umli tiegħi, l-għażla tal-kelma toħroġ ħafna b’saħħtiha fit-taqsima “Kapriċċ”.  Minkejja li bosta poeżiji ta’ dan l-awtur iħarsu lejn id-dinja hemm barra, l-awtur għandu wkoll dak iċ-ċirku madwaru li huwa importanti għalih u dan huwa dak tal-familja tiegħu.  Vrusu jixhdu li fil-persuna li jħobb ruħu tistrieħ:

“Nintelaq f’leħnek
fit-tbissima ħabta u sabta ta’ ħaddejk.” (“Id-Dijaframma tal-Jiem”, p.22)

u

“qlugħ mimli bit-tbissima tiegħek,
b’xufftejk,
bil-Majjistral skur jixgħel t’għajnejk” (“Qlugħ fuq it-Tbissima Tiegħek”, p.18).

L-istess naraw fil-poeżija “Għajnejk l-Alġier” (p.20):

“nistenna l-lejl jaħkimni
It-triq teħodni, ir-riħ
nimtedd ġo fik,
ninqata’ mill-qiegħ.”

Waqtiet oħra juża ċerta umoriżmu sabiex jitnellaħ bl-elitiżmu ta’ xi wħud li donnhom jaħsbu li huma maqtugħin mill-kotra:  “Aħna mhux bħal Ġaħan Malti” (p. 31).

Permezz ta’ dan it-ton umoristiku u sardoniku jġgħalna niġu konxji kemm hi ridkola li fil-politika partiġjana Maltija ma naħsbux rasna u nilbsu għamad li kull ma jagħmel il-partit tagħna narawh bħala tajjeb.  Mhux biss imma meta l-Partit tagħna jkun fil-Gvern kważi nibżgħu nikkritikaw dan l-istess Gvern għax nagħmlu ħsara lill-Partit.  Lil Claire Bonello li ġiet ikkritikata għax kellha l-kartellun f’idejha “Vote George, Get Lorry” waqt protesta tal-Flimkien għal Ambjent Aħjar, fl-2006 jgħidilha (p.51):

“Fuq hekk ikkundannajtna Ms Bonello?
U mort tgħajjarna f’nofs dimostrazzjoni?
Għalhekk se mmorru timmarċjaw fit-toroq?
Biex tattiraw ix-xemx tal-attenzjoni?”

Naturalment dan jagħidu b’mod ironiku.  Għax l-artist ma jwarrabx il-prinċipji li jemmen fihom, ma jibżax isemma’ leħnu.   Forsi l-ambjent hija waħda minn dawk it-temi li fid-dinja kollha mhux dejjem tkun prijorita’ għall-politiċi.  Imma dak li ma jagħmilx il-politiku, jagħmlu l-poeta u jressaq dan fuq l-aġenda.

Naraw ukoll bil-mod kif jiddeskrivi lill-Israel bħala l-“Unika Demokrazija dik in-Naħa” (p.42) waqt li jiddeskrivi l-kefrija fil-konfront tal-Palestinjani.

Konklużjoni 

Il-punt tat-tluq ta’ dawn il-poeżiji huma l-ġrajja:  jitlaq mill-individwu u jibni madwaru dik il-ġrajja, dik il-persuna u l-prinċipji. Għalih kullħadd huwa importanti …kull refuġjat, kull paċifista li ssogra ħajtu, kull umanista, u fuq kollox martu li kienet l-ispirazzjoni ta’ xi wħud mill-poeżji tiegħu.  Fl-opinjoni tiegħi l-aħjar elementi poetiċi tiegħu joħoru f’dawk il-vrus fejn jesprimi l-ħsus l-aktar interjuri kemm dawk li ferrħuh kif ukoll dawk li nikktuh .  Fl-istess ħin iżda naraw ukoll ir-ritmu li hu karatterizzat mill-espressivita’, il-ħsejjes, u x-xenarji.  Il-poeżija mhijiex ermetika u diffiċli biex tiftiehem.  Grima f’dan il-ktieb jgħaqqad l-esperjenzi tiegħu, fosthom il-qari, l-istudju, l-attiviżmu soċjali, u l-esperjenzi ta’ nies differenti li ltaqa’ magħhom.  Dan il-ktieb għandu jqanqal interess u joħloq diskussjoni.