Ir-Rumanz ta’ Concetta Brincat fuq Newsbook

Fi Frar 2026 tkellimt ma’ Frederick Zammit tal-RTK u Newsbook fuq ir-rumanz tal-1919 ta’ Concetta Brincat, xogħol li l-iskoperta tiegħu ftit jew wisq biddlet l-istorja bikrija tal-letteratura Maltija. Il-filmat tal-intervista sħiħa ta’ 20 minuta u verżjoni iqsar (“Ara: L-ewwel rumanz minn mara fl-1919 inkiteb fuq 31 pitazz”) ixxandar għall-ewwel darba fuq Newsbook fit-13 ta’ Frar 2026.

Intervista ta’ Frederick Zammit u Filming u muntaġġ ta’ Laura Galea.

Ir-rumanz ta’ Concetta Brincat tal-1919, Il-Familja de Valereux jew Louis Mitluf ġewwa l-Bosk, ġie ppubblikat mill-Klabb Kotba Maltin f’Ottubru tal-2025.


One thought

Leave a comment