Disgħin sena ta’ Malti fl-Università

Fis-27 ta’ Diċembru 2025 ixxandar il-programm Seħer il-Malti fuq Radju Malta li fih jien u l-kollega tiegħi Kirsty Azzopardi tkellimna ma’ Manwel Mifsud u Thomas Pace fuq il-ħidma tad-Dipartiment tal-Malti, il-korsijiet li nagħmlu matul is-sena kollha, anki fis-sajf, il-korsijiet speċjali tal-Malti Mediku u tal-Malti bħala Lsien Barrani, il-pubblikazzjonijiet, il-proġetti ta’ riċerka, u l-bqija.

Fil-programm il-Prof. Manwel Mifsud, li qatta’ kważi ħamsin sena jaħdem fid-Dipartiment, u għamel numru ta’ snin imexxih fi żmien ta’ trasformazzjoni kbira, tkellem dwar il-ħidma kbira tal-Prof. Ġużè Aquilina, li waqqaf id-Dipartiment kif nafuh illum fl-1937, u dwar il-fażijiet kollha li ġew wara li Aquilina rtira mid-Dipartiment fl-1976 wara kważi erbgħin sena jmexxih bix-xogħol bla heda u d-determinazzjoni magħrufa tiegħu.


Manwel Mifsud

Leave a comment