Tislima lil Mark Caruana

Nixtieq insellem lill-ħabib tiegħi Mark Caruana (18.06.1946-24.11.2025) minn Marayong, subborg ta’ Sydney, imwieled Tas-Sliema, li ħalliena fil-jiem li għaddew.

Mark Caruana (18/06/1946-24/11/2025)

Għalija Mark kien bniedem verament speċjali, ħabib b’qalb kbira u riċerkatur intelliġenti u ddedikat li ħadem bla heda biex nagħrfu l-passat, nifhmu l-preżent, u nibnu futur aħjar għal kulħadd, mingħajr preġudizzji u distinzjonijiet bejnietna. Minkejja li ngħixu f’kontinenti differenti u qatt ma ltqajna wiċċ imb wiċċ, kelli x-xorti nqatta’ ħafna ħin nitkellem ma’ Mark.

Għalhekk din telfa kbira li għadni qed inbati biex naċċettaha. Mark kellu l-ħila rari li jkun ħabib personali attent għall-istorja individwali tal-persuna li jkollu quddiemu, u fl-istess ħin riċerkatur assidwu tal-istorja kollettiva tagħna. Kien bniedem tar-rispett u li ġibed lejh ir-rispett ta’ kulħadd.

Min jaf kemm-il darba kitibli biex joffri l-gwida u l-għajnuna tiegħu fuq xi proġett ta’ riċerka. Dejjem attent għax-xogħol ta’ ħaddieħor u dejjem entużjast li jgħin biex jikber l-għarfien u tikber l-armonija bejn il-bnedmin, huma min huma.

Grazzi tal-ħidma bla waqfien tiegħek, Mark, u grazzi tal-qalb kbira.

Dan huwa l-filmat ta’ intervista li kont għamilt lil Mark fuq “Stejjer tal-Ewwel Emigranti Maltin fl-Awstralja” nhar it-Tlieta 25 ta’ Mejju 2021.

Mark Caruana, “Stejjer tal-Ewwel Emigranti Maltin fl-Awstralja” (25 ta’ Mejju 2021)

One thought

  1. So sorry to hear the passing of Mark Caruana. Have been emailing him many times, with no answer. He must have been in poor health then.

    How sad the news.

Leave a comment