Filmati dwar il-Kitba tal-Esej Personali

Fil-kuntest tal-workshops bl-isem ta’ “Ġisem. Ġrajja. Post.” li qed nagħmel fi ħdan il-proġett Ewropew Essays Beyond Borders immexxi mill-Università ta’ Malta, b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea, ħejjejt dawn il-filmati b’riflessjonijiet fuq il-kitba tal-esej personali bil-Malti.

L-ewwel filmat dwar l-esej personali bil-Malti
It-tieni filmat dwar l-esej personali bil-Malti

Il-workshops mal-istudenti tal-Università ta’ Malta, mal-istudenti tal-Malti fil-livell postsekondarju fil-Junior College u l-Iskola Mikelanġ Refalo tar-Rabat, Għawdex, u mal-pubbliku ġenerali f’Razzett f’Għajn Tejtes, Ħad-Dingli u fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, bdejthom f’Ottubru tal-2024 u se nibqa’ għaddej bihom sal-bidu ta’ Diċembru 2025.

Numru ta’ esejs li kitbu l-parteċipanti waqt dawn il-workshops bdew jidhru fuq is-sit ta’ Essays Beyond Borders, fosthom dawk tal-istudenti tal-Junior College miktubin fi Frar u Marzu 2025, u l-esej ta’ Lou Drofenik, “Kent Xorb l-Għaġin” ta’ Novembru 2025.


Leave a comment