Programm li xxandar fis-6 ta’ Novembru 2025 fuq l-istazzjon tar-radju RTK. Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Bradley Cachia.
- Fil-kampus, kif tisimgħu użat il-Malti? Minn min? Fejn? Tisimgħu mitkellem fl-ispazji differenti tal-kampus?
- Il-Malti x’post għandu fl-Università bħala lingwa akkademika professjonali użata fir-riċerka u l-komunikazzjoni uffiċjali?
- X’inhu s-sehem tal-Malti fil-politika lingwistika tal-Università?
- X’korsijiet joffri d-Dipartiment tal-Malti, u x’proġetti għandu għaddejjin bħalissa?
- Għalfejn wieħed għandu japplika għall-korsijiet offruti mid-Dipartiment?
- Il-Malti għandu jintuża f’korsijiet oħrajn, offruti minn dipartimenti oħrajn? Jekk iva, hemm xi korsijiet partikolari li jiġuk f’moħħok?