Nhar is-Sibt, 3 ta’ Mejju 2025, fl-Aula Magna tal-Valletta Campus tal-Università ta’ Malta, fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, saret konferenza nazzjonali bl-isem ta’ “Il-Malti f’Politika Lingwistika Nazzjonali.”
Il-konferenza ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università u l-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija.

Id-Dar Kennija tal-Malti
Fl-intervent tiegħi bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta fl-għeluq tal-konferenza tkellimt dwar l-ilsien Malti bħala “Għeluq: Dar Kennija bil-Bibien u t-Twieqi Dejjem Miftuħa.”
L-ilsna għandhom l-istejjer speċjali tagħhom u mhux veru li għalina l-kliem huwa biss għodda, li l-aqwa li niftiehmu; għalina, anki jekk ma nkunux għalkollox konxji, kull kelma, kull frażi, kull espressjoni tfisser dinja sħiħa ta’ affarijiet, minn ħsibijiet żgħar u kbar sa assoċjazzjonijiet qodma u emozzjonijiet. Meta jċaħħduna minnhom ikunu qegħdin iċaħħduna minn dawn id-dinjijiet li għalina jfissru ħafna affarijiet. “Il-Malti f’politika lingwistika nazzjonali” għax għalina li ninsabu hawnhekk ninkwetaw u niċċelebraw, li d-dar ewlenija tagħna hija l-Malti, li ngħammru u nimirħu fl-artijiet ta’ dan l-ilsien tant qadim u dejjem ġdid, ġens Malti mingħajr l-ilsien Malti qisu masġar mingħajr siġar.
adrian grima














Dawn huma l-interventi kollha
0:03 – Prof. Mario Thomas Vassallo, “Introduzzjoni”
23:50 – Prof. Ray Fabri, “X’inhi l-politika lingwistika?”
43:00 – Thomas Pace u Maria Bellia, “X’qed jagħmlu pajjiżi oħrajn u s-sitwazzjoni lokali”
1:17:22 – Dr Luke J. Buhagiar, “Ir-relazzjonijiet interkulturali f’Malta u l-lingwa”
1:36:20 – Dr Phyllisienne Vassallo Gauci, “Ir-relazzjonijiet interkulturali f’Malta u l-lingwa”
1:58:24 – Dr Kurt Borg, Dokumenti u prassi ta’ politika lingwistika settorjali f’Malta”
2:00:45 – Chris Ripard, “Il-lingwa tas-sinjali Maltija”
2:09:11 – Prof. Ray Fabri u Thomas Pace, “Is-senjaletika u l-amministrazzjoni pubblika”
2:22:11 – Prof. Michael Spagnol, “Ix-xandir”
2:29:36 – Lara Stagno, “L-edukazzjoni”
2:44:16 – George Mifsud, “L-amministrazzjoni tal-iskejjel”
3:03:46 – Prof. Godfrey Baldacchino, “L-Università ta’ Malta”
3:12:37 – Kirsty Azzopardi, “Il-ħaddiema barranin u l-Malti”
3:21:24 – Dr Marc Tanti, “It-teknoloġija”
3:31:02 – Justine Somerville, “Diskussjoni plenarja – Rakkomandazzjonijiet”
4:21:40 – Prof. Adrian Grima, “Għeluq”








