Dan l-aħħar il-kollega tiegħi Michael Briguglio intervistani fil-programm tiegħu bil-Malti fuq Campus FM bl-isem ta’ One to One dwar il-post tal-ilsien Malti fis-soċjetà tagħna llum. Il-programm ixxandar f’April 2025.
Kont kważi bla vuċi, imma b’xi mod naħseb li rnexxielna nitkellmu b’mod miftuħ u passjonali fuq suġġett importanti.
Recording tal-programm One to One ma’ Michael Briguglio fuq Campus FM li xxandar f’April 2025 dwar ir-relevanza tal-lingwa Maltija.
Fil-programm niddiskutu, fost l-oħrajn:
- Il-lingwa Maltija kemm hi relevanti fis-soċjetà tagħna llum?
- Kemm nistgħu ngħidu li l-lingwa Maltija hija meqjusa bħala element ewlieni tal-“identità nazzjonali Maltija”?
- Il-ġenerazzjonijiet differenti f’Malta kif jipperċepixxu l-importanza tal-lingwa Maltija fil-ħajja ta’ kuljum, fl-edukazzjoni, u fl-ambjenti professjonali?
- Kemm nistgħu ngħidu li l-użu tal-Ingliż f’Malta jaffettwa l-użu tal-Malti fostna?
- X’sehem għandhom fatturi bħall-klassi soċjali u l-ġeneru fl-użu tal-Malti?
- X’effett għandhom il-globalizzazzjoni u l-midja diġitali fuq l-istatus tal-lingwa Maltija fil-komunikazzjoni formali u informali?
- L-immigranti jixtiequ jitgħallmu l-Malti? X’opportunitajiet għandhom?
- X’sehem għandha l-politika lingwistika biex issaħħaħ l-użu tal-lingwa Maltija?
- Il-lingwa Maltija x’futur għandha?
- Dawk li jistudjaw il-Malti fl-Università x’prospetti ta’ xogħol għandhom?
Il-programm One to One tal-Prof. Michael Briguglio jixxandar fuq Campus FM, 103.7, il-Ġimgħa fis-2.00pm u fid-9.00pm, is-Sibt fil-11.30am, u dejjem fuq https://www.um.edu.mt/services/campus1037/

