Nhar it-Tlieta, 27 ta’ Ġunju 2023, jien u Dr George Farrugia, f’isem id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti, intervistajna lis-Sur Frank Zammit fil-bini tal-Università ta’ Malta dwar il-ħidma u l-esperjenza vasta tiegħu bħala interpretu f’Sydney, l-Awstralja. L-intervista saret biż-Zoom u issa tinsab fuq l-internet. Ħajr lill-kollegi tas-Servizzi tal-IT tal-Università tal-għajnuna teknika tagħhom.
FRANK ZAMMIT twieled il-Belt Victoria, Għawdex fis-27 ta’ Jannar 1944 u trabba I-Marsa. Ta’ għoxrin sena emigra lejn I-Awstralja fejn iżżewweġ u kellu tlett itfal. FI-1981 reġa’ lura Malta bil-familja biex ta l-opportunità lil uliedu li jgawdu wkoll il-kumplament tal-familja u li jifhmu aħjar il-kultura Maltija, sakemm fl-1984 irritorna Sydney bil-familja. Studja fis-Seminarju Arċiveskovili tal-Furjana, il-Liceo tal-Ħamrun, u Southampton, l-Ingilterra.
FI-Awstralja għamel korsijiet terzjarji tal-accountancy, il-liġi kummerċjali, l-informatika, ix-xandir, u l-ġurnaliżmu f’diversi kulleġġi Awstraljani u fl-iSpecial Broadcasting Services (SBS) Sydney.
L-Awstralja kien wieħed mill-pijunieri tat-tagħlim tal-Malti. Ħadem bħala computer programmer u systems analyst, accountant, investment manager, u traduttur u interpretu part-time mal-gvern u mal-privat f’bosta oqsma. Għal ħafna snin kien parti mit-tim ta’ xandara tar-Radju SBS ta’ Sydney.
Fl-isfera letterarja, Zammit kien u għadu attiv fl-għaqdiet letterarji f’Malta u l-Awstralja. Il-poeżiji tiegħu dehru f’għadd ta’ kotba: Bejn Żewġ Gżiriet (1995), II-Ballata tal-Maltin ta’ New Caledonia (1988), Il-Quddiesa bil-Għana Malti (1990), It-Triq Imqaddsa (1990), Valentin V. Barbara 70 Sena (koawtur, 1990), The Self and Beyond It, traduzzjoni ta’ ll-Jien u Lil Hinn Minnu ta’ Dun Karm (1997), Qwiel minn Fomm l-Imġarrab, poeżiji fuq stil ħajku (2010), u Mixjieti fi Triqatek (2013). Zammit huwa wkoll koawtur f’għadd ta’ antoloġiji li ħarġu fl-Awstralja u Malta, fosthom Trifolju ta’ Lwien (2014). Huwa jemmen li I-element ewlieni tal-identità Maltija huwa I-ilsien Malti.
Frank Zammit għadu jaħdem f’diversi oqsma kulturali u soċjali fost il-Maltin fi New South Wales.
F’din l-intervista staqsejna lil Frank Zammit dwar il-ħidma tiegħu ta’ interpretu għall-komunità Maltija f’Sydney, speċjalment fil-qasam tas-servizzi soċjali u l-qrati.
Dawn huma l-mistoqsijiet li ħejja Dr George Farrugia għall-intervista:
Frank Zammit u l-Awstralja
- Kemm ilek l-Awstralja?
- X’kienet ir-raġuni li ġegħlitek temigra?
- Fejn kont taħdem qabel tlajt l-Awstralja?
- X’kien ix-xogħol tiegħek l-Awstralja?
Il-Maltin fl-Awstralja
- Fejn issib l-akbar għadd ta’ Maltin fl-Awstralja? Kemm huwa stmat li hemm Maltin jew ta’ oriġini Maltija?
- X’kien il-kuntatt tiegħek mal-komunità Maltija? F’liema komunità?
- Il-Maltin li kienu jitilgħu l-Awstralja kienu jkunu jafu bl-Ingliż? Rajt xi żvilupp f’dan ir-rigward matul iż-żmien?
- Kien hemm xi korsijiet tal-lingwa Ingliża organizzati għall-emigranti f’Malta u fl-Awstralja? Illum jeżistu korsijiet?
- Min ma kienx ikun jaf sew bl-Ingliż kif kien ikampa? Nistgħu ngħidu li l-problema tal-lingwa llum spiċċat?
- Jeżistu attivitajiet/postijiet fejn il-Maltin ikunu jistgħu jitkellmu bejniethom bil-Malti?
- Hemm xi skejjel fejn jiġi mgħallem il-Malti? Dawn huma skejjel privati jew il-Gvern jagħti l-opportunità lill-immigranti fl-iskejjel statali biex ikomplu jitgħallmu l-lingwa nattiva tagħhom?
- Hemm xi statistika li turi kemm fadal Maltin li għadhom jafu jitkellmu bil-Malti?
- Dawk il-persuni ta’ dixxendenza Maltija li tilfu l-lingwa kemm għadhom iħossuhom li huma Maltin?
Is-sitwazzjoni lingwistika fl-Awstralja
- L-Ingliż fl-Awstralja għandu status ta’ lsien nazzjonali iżda m’għandux status ta’ lsien uffiċjali, għalkemm de facto l-Ingliż jaqdi din il-funzjoni. Dwar il-lingwi minoritarji teżisti politika lingwistika ċara?
- Hemm xi inċentivi mill-Gvern biex dawn il-lingwi komunitarji/minoritarji (fosthom il-Malti) ma jinqerdux?
Is-servizz lingwistiku: interpretar u traduzzjoni
- Jeżisti servizz ta’ interpretar u traduzzjoni? Kif jaħdem dan?
- Min jikkwalifika għal dan is-servizz? Hemm xi awtorità li tiddeċiedi jekk xi ħadd ikollux bżonn ta’ interpretu? Jeżistu xi regolamenti ġenerali marbuta mal-interpretar? Vantaġġi? Żvantaġġi?
- Is-servizz jingħata b’xejn mill-Gvern? F’liema kuntesti?
- Min taħseb li jeħtieġ l-aktar is-servizz ta’ interpretu?
- Hemm xi oqsma partikolari li fihom is-servizz ta’ interpretu jinħass qawwi ħafna? Saħħa, Qorti?
- Ikun hemm min jirrifjuta dan is-servizz ta’ interpretar? Għaliex? X’konsegwenzi jkun hemm meta jiġri hekk?
- Min ma jkunx eliġibbli għal dan is-servizz jista’ jfittxu privatament? X’jagħmel? Isib interpreti biżżejjed?
- Kif jingħata dan is-servizz? Dejjem wiċċ imb wiċċ jew b’xi metodi oħra eż. bit-telefown?
- X’diffikultajiet jista’ jkun hemm meta s-servizz ma jkunx wiċċ imb wiċċ?
- Fl-attivitajiet organizzati mill-komunitajiet Maltin, jintuża biss il-Malti u jekk le, ikun offrut is-servizz ta’ interpretu?
Ix-xogħol ta’ interpretu
- X’inhuma l-akbar diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom l-interpretu?
- Kemm huwa possibbli li dejjem tkun leali għall-kontenut li trid twassal fil-proċess tal-interpretar?
- Hemm xi kuntesti / kontenut partikolari li ssibu aktar diffiċli biex tinterpretah, pereżempju, nuqqas ta’ ekwivalenza fit-tifsira tal-kliem, fil-kunċetti li jridu jitwasslu? Xi espressjonijiet jew kliem partikolari?
- Kemm iħossuhom komdi l-klijenti mal-interpretu? Kemm jafdawh?
- Ġieli tħoss kunflitt ta’ interess bejn dak li temmen fih, il-valuri tiegħek, u dak li trid tinterpreta?
- Jingħata xi taħriġ apposta lil dawk il-Maltin li jridu jservu ta’ interpreti?
- Kemm hija komuni l-prassi li letteratura bl-Ingliż tinqaleb bil-Malti għall-komunità Maltija?
Tal-aħħar:
- X’futur taħseb li għandha l-lingwa Maltija fl-Awstralja?

Fl-isfond tal-intervista:
According to the 2021 Census, there were 198,989 people of Maltese descent in Australia and 35,413 Malta-born people residing in the country at the moment of the census.
The Australian Bureau of Statistics’ 2021 Census reported over 300 identified languages spoken in Australia, which only goes to emphasise just how important it is for modern institutions to adapt and acknowledge the varying needs of their audience. (lingwi minoritarji)
The 2021 Census – which at the time recorded 25,422,788 people in Australia – highlighted that 22.3% of Australians spoke a language other than English at home.
Most immigrants are required to pass English assessments before being permitted to assume permanent residence in Australia,
More individuals are speaking a language other than English at home, which has resulted in many pharmaceutical, commercial, legal and government institutions needing their documents translated to a variety of languages to meet this increasing demand.
