Mogħdija ta’ Tifkiriet – Tislima lil Poeta

Lejla ta’ qari u diskussjoni biex tniedi l-wirja “Mogħdija ta’ Tifkiriet – Tislima lil Poeta” li se tkun miftuħa mill-Ħamis 4 ta’ Novembru sal-Ħadd, 5 ta’ Diċembru 2021 fl-Atriju u Lejn l-Atriju ta’ Spazju Kreattiv


Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru, 2021, fis-7.00pm fi Studjow B tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, Spazju Kreattiva jippreżenta qari ta’ wħud mix-xogħlijiet tal-Prof. Oliver Friggieri minn Mario Micallef u diskussjoni bis-sehem ta’ Leanne Ellul, il-Prof. Joe Friggieri, il-Prof. Adrian Grima, u Beverly Agius. Id-diskussjoni ser titmexxa minn Joseph Borg. Dan l-avveniment ser ikun bil-Malti. Irreġistra ↪️https://bit.ly/3nXrsj1

Wara sena mill-mewt ta’ wieħed mill-awturi l-aktar rispettati u kritiku ewlieni tal-letteratura f’Malta, Spazju Kreattiv jippreżenta wirja dwar il-Prof. Oliver Friggieri. Dan il-proġett kommemorattiv jitfa’ dawl fuq episodji notevoli minn ħajtu permezz ta’ kitbiet tiegħu u tpinġijiet li qatt ma dehru qabel li jagħtu ħarsa lejn il-proċess tal-ħsieb u t-trobbija tiegħu.

Collage ta’ tpinġijiet ta’ Oliver Friggieri

Spazju Kreattiv jixtieq jirringrazzja lill-familja Friggieri tal-għajnuna u l-koperazzjoni tagħhom fit -tfassil ta’ dan il-proġett.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s